Agħżlu dejjem l-imħabba veru – L-Arċisqof f’Għid il-Ħamsin
Quddiesa fis-Solennità tal-Għid il-Ħamsin bl-għoti tas-sagrament tal-griżma tal-isqof lill-adolexxenti mill-parroċċi tal-Belt Valletta
19/05/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-qari li għadna kemm smajna, li qraw uħud minn sħabkom, jispjegalna l-festa li qegħdin nagħmlu llum, festa kbira ħafna, għax fiha d-dixxiplu ta’ Ġesù li kienu kollha beżgħanin, magħluqin f’kamra waħda, jidhrulhom żewġ sinjali: ilsna tan-nar fuqhom u riħ qawwi. U jinżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu ta’ Ġesù. Dak li se jinżel fuqkom illum bid-dilka u tqegħid tal-idejn u t-talba tal-Isqof, mhux b’mod sensazzjonali: fis-skiet, fis-silenzju ta’ kif jaħdem Alla fina… Kompli aqra »