Arkivji mensili: Mejju 2024

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof Angelo Falzon

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Angelo Falzon li ġie maħtur mill‑Papa Franġisku bħala Isqof fid‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras nhar l-14 ta’ Mejju 2024.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof Falzon biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida afdata lilu.

Patri Angelo twieled in-Naxxar fil-15 taʼ Ottubru 1957 u daħal Franġiskan fit-2 taʼ Ottubru 1977 fil-Provinċja taʼ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Minuri… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Mejju 2024, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:15-17,20-26
Salm: 112:1-8

L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu.

Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

Kunċert mill-Kor Jubilate Deo f’għeluq il-50 sena tiegħu

Il‑Kor Jubilate Deo

Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, se jagħti kunċert f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, nhar l-Erbgħa li ġej 15 ta’ Mejju fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien.

Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Faħħruh’ se jkun talb bil-mużika ta’ Taizé u kant Gregorjan. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-Maestro di Cappella Christopher Muscat, id-direttur tal-kor u d-Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi.

Flimkien mal-kor se jieħdu sehem il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo, il-Pueri Cantores Jubilate Deo, kif ukoll il-Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li huwa kor magħmul minn koristi mill-parroċċi kollha… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb ‘Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù’

Waqt laqgħa Ġenerali tal-MUSEUM, tnieda l-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù, bijografija rriċerkata u miktuba minn Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà.

Gilbert miet xahrejn qabel għalaq 16-il sena, u ħafna huma dawk li jixhdu għall-qdusija tiegħu, speċjalment fil-mard.

Għal din l-okkażjoni kienu mistiedna wkoll l-aspiranti u l-magħżulin tal-oqsma Maltin. Kienu preżenti wkoll il-mamà ta’ Gilbert, ħutu Loraine u Keith, flimkien ma’ qraba u ħbieb oħra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima – Tifkira

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19:1-8
Salm: 67 (68):2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16:29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.”

Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? … Kompli aqra »

Niket li jitbiddel f’hena – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“In-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20) Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu illum fl-Evanġelju skont San Ġwann – qiegħed hawnhekk fl-Aħħar Ċena – u qed jgħidilhom minn qabel li se jgħaddu minn esperjenza ta’ niket, imma n-niket se jinbidel f’hena. Qed jagħtihom it-tama, u aħna nafu mill-esperjenza ta’ dawn li raw kemm kien veru dal-kliem ta’ Ġesù, u għamlu esperjenza ta’ dak li San Pawl jispjega bi kliem sabiħ: “it-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5:5)… Kompli aqra »

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel żjara ‘ad limina’ tagħhom fil-Vatikan

Mix-xellug: L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex illum ħallew Malta għal żjara ad limina Apostolorum fil‑Vatikan sabiex jagħtu rendikont dwar l‑istat taż‑żewġ djoċesijiet. Matul din iż‑żjara ta’ ħamest ijiem, l‑isqfijiet se jkollhom udjenza mal‑Papa Franġisku li se ssir nhar il‑Ġimgħa filgħodu.

Bi preparazzjoni għal din iż‑żjara, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex ħejjew żewġ rapporti dwar il‑ħidma fid‑djoċesijiet li se jiġu ppreżentati lill‑Papa u lid‑diversi dekasteri tal‑Kurja Rumana… Kompli aqra »