Arkivji mensili: Ġunju 2024

Il-ġebla mwarrba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom” (Mk 12:12). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mark fuq ir-reazzjoni tal-qassisin, tal-kittieba u tax-xjuħ tal-poplu għal din il-parabbola li jgħid Ġesù. Hawnhekk Ġesù jgħid parabbola li tfisser, fi ftit kliem, l-Istorja tas-Salvazzjoni – kif Alla bagħat lill-poplu tiegħu diversi nies, il-profeti, imma ħafna minnhom kienu rifjutati mill-poplu. Imbagħad, jgħid Ġesù meta jitkellem fuq is-sid tal-għalqa, fl-aħħar bagħat lil ibnu, imma lil ibnu qatluh u xeħtuh “barra mill-għalqa” (Mk 12:8)… Kompli aqra »

Avviż

Il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju 2024, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana ser tkun magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2024. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Piet 3:12-15a,17-18
Salm: 89 (90):2,3-4,10,14 u 16

L-Evanġelju: Mk 12:13-17

F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ħajtu kollha Ġesù għamilha don

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Italja u f’pajjiżi oħra, illum qed issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità ta’ Corpus Domini. L-Evanġelju tal-liturġija jirrakkonta l-Aħħar Ikla (Mk 14,12-26), li fiha l-Mulej jagħmel ġest ta’ għotja: infatti, fil-qsim tal-ħobż u fil-kalċi li joffri lid-dixxipli, hemm Hu nnifsu li qed jingħata għall-umanità kollha u qed joffri lilu nnifsu għall-ħajja tad-dinja.

F’dak il-ġest ta’ Ġesù li jaqsam il-ħobż, hemm aspett importanti li l-Evanġelju jispjegah bil-kliem “newwilhulhom” (v… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja jawguraw li jiġi konkluż il-ftehim tal-edukaturi

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika u l‑Assoċjazzjoni għall‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) jappellaw sabiex tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet kollha involuti, jiġu konklużi n‑negozjati u b’hekk jiġi ffirmat il‑ftehim kollettiv il‑ġdid għall‑edukaturi fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja. Dan wara li fil-jiem li għaddew saru kummenti fil-pubbliku u anke dehru rapporti fil-media li jistgħu jxekklu il-proċess.

Is‑Segretarjat u s‑CSA qed isegwu mill‑qrib l‑iżviluppi fin‑negozjati bejn il‑Gvern u l‑Malta Union of Teachers (MUT) u jirringrazzjawhom tal-isforzi u l-impenn tagħhom… Kompli aqra »

It-talba mhux f’li ngħidu bil-fomm imma f’dak li joħroġ mill-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa ta’ Corpus Christi b’purċissjoni fit-toroq ta’ Ħal Qormi

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid” (Mk14:12). Din hi domanda li d-dixxipli jagħmlu lil Ġesù. L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li kien l-ewwel jum tal-Ażżmi meta kienu jissagrifikaw il-Ħaruf tal-Għid. U d-dixxipli jagħmlu din id-domanda lill-Mulej: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?” (Mk14:12).

L-Evanġelju ta’ San Mark jinsisti li l-kliem ta’ Ġesù: “Ħudu dan huwa Ġismi, dan huwa Demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna” (Mk 14:22,24) hu propju kliem li Ġesù qal waqt l-Ikla tal-Għid, waqt l-ikla li tiċċelebra il-ħelsien tal-poplu Lhudi li fih il-Mulej juri l-qawwa tiegħu u sseħħ il-wegħda tal-Mulej li jkun dejjem mal-poplu tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Piet 1:2-7
Salm: 90 (91):1-2,14-15ab,15ċ-16

L-Evanġelju: Mk 12:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jkellem lill-qassisin, lill-kittieba u lix-xjuħ tal-poplu bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott tal-għalqa… Kompli aqra »

“L-Ewkaristija hi l-ikla tal-aħwa” – L-Arċisqof

Omelija fis-Solennità ta' Corpus

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena ddedikata lill-Evanġelista San Mark, is-silta għal din il-festa, kif inhu xieraq, hi minn dan l-Evanġelju miktub għad-dell tal-appostli Pietru u Pawlu. “Fl-ewwel jum tal-Ażmi meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid” (Mk 14:12), il-kuntest li jagħti l-Evanġelista Mark għar-rakkont tal-Ewkaristija hu proprju l-kuntest tal-Għid li hu l-mixja ta’ ħelsien mill-mewt għall-ħajja, mid-dlam għad-dawl. U r-riferiment speċifiku għall-Ħaruf tal-Għid jurina wkoll li din l-ikla li se jħejji l-Mulej hi wkoll tifkira ta’ sagrifiċċju li jġibilna l-ħelsien… Kompli aqra »