L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju
29/06/2024San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
Salm: 33:2-9
It-Tieni Qari: 2 Tim 4:6-8,17-18
L-Evanġelju: Mt 16:13-19
F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”
“Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.” U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »