Filmat: Is-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta kkonkludiet 26 każ fl-2023
Tmien każijiet sostanzjati li nofshom seħħew aktar minn 10 snin ilu
21/06/2024 Il-Kurja tal-Arċisqof fil-FurjanaIs‑Safeguarding Commission ikkonkludiet 26 każ fl‑2023, 18 minnhom jinvolvu minuri u tmienja jinvolvu adulti vulnerabbli, qal il‑Kap tal‑Kummissjoni Mark Pellicano.
F’konferenza tal‑aħbarijiet dwar il‑ħidma tas-Safeguarding Commission matul is‑sena li għaddiet, is‑Sur Pellicano qal li erbgħa mit‑18‑il każ li jikkonċernaw minuri kienu sostanzjati.
Tnejn minn dawn il‑każijiet kienu jinvolvu abbuż sesswali minn saċerdoti djoċesani. Wieħed mis‑saċerdoti ġie referut lill‑awtoritajiet ċivili. Il‑vittma tal‑każ l‑ieħor — li meta ġie referut il‑każ kienet diġà adulta — ma xtaqitx tipproċedi b’rapport tal‑pulizija minkejja l‑għajnuna offruta mill‑Kummissjoni biex tagħmel dan… Kompli aqra »