Arkivji mensili: Ġunju 2024

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 18:20-39
Salm: 15 (16):1-2a,4.5 u 8,11

L-Evanġelju: Mt 5: 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Il-Kurja tal-Arċisqof hi l-ewwel istituzzjoni reliġjuża li tiffirma l-Malta Diversity and Inclusion Charter

Il‑Kurja tal‑Arċisqof fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta saret l‑ewwel istituzzjoni reliġjuża li approvat il‑Malta Diversity and Inclusion Charter.

Imniedni minn CORE Platform u appoġġjat mill‑Kunsill Malti għas‑Settur tal‑Volontarjat, dan iċ‑charter għandu l‑għan li jippromwovi d‑diversità u l‑inklużjoni f’diversi setturi tas‑soċjetà Maltija.

Waqt l‑iffirmar, id‑Direttur tal‑Riżorsi Umani, Dr Rebecca Gatt, enfasizzat l‑importanza ta’ ambjent inklussiv fi ħdan il‑Kurja u l‑Knisja.

“Bħala Knisja nemmnu bis‑sħiħ li l‑ħolqien ta’ ambjent akkoljenti u inklussiv huwa imperattiv, mhux biss għax kull individwu għandu jingħata r‑rispett u l‑valur mistħoqq, irrispettivament mill‑ambjent minn fejn ikun ġej jew l‑identità, iżda wkoll għax jirrifletti r‑rikkezza tat‑talenti tagħna miġbura flimkien,” qalet Dr Gatt… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:21b-26
Salm: 97:1-6

L-Evanġelju: Mt 10:7-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-imġiddmin, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qorq u lanqas ħatar: għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-Isqfijiet tal-UE jikkummentaw dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-MEPs 2024

Following the 2024 elections of the European Parliament, the Secretariat of the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE) issued the following comment on the election’s preliminary results on Monday, 10 June 2024.

“With more than 370 million citizens called to the polls in 27 different countries, these elections, which respect the different voting traditions of the Member States, have been a great exercise in democracy… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni f’Durrës fis-17-il anniversarju mill-kanonizzazjoni ta’ San Ġorġ Preca

Fl-4 ta’ Ġunju, il-Membri tal-Qasam ta’ Durrës (Albanija), flimkien mal-komunità Kattolika rringrazzjaw lil Alla fl-okkażjoni tas-17-il anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. Il-laqgħa bdiet b’bijografija qasira tal-fundatur San Ġorġ Preca flimkien ma’ tagħrif ġenerali dwar is-Soċjetà u l-missjoni tagħha. Wara segwa mument ta’ adorazzjoni fil-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija. Għal din l-okkażjoni ntuża talb miktub mill-istess San Ġorġ Preca. Wara dan ġiet iċċelebrata l-quddiesa. Dawk preżenti ngħataw tifkira bit-talba tal-Fundatur: X’jitlob is-Serv ta’ Alla wara t-TqarbinKompli aqra »

Ittama fil-Mulej: żomm sħiħ u qawwi qalbek

Riflessjoni fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù waqt adorazzjoni għas-saċerdoti f’Għawdex

  Is-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Fontana

Riflessjoni tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“It-tama titwieled mill-imħabba u tissejjes fuq l-imħabba li tgelgel mill-Qalb ta’ Ġesù minfuda fuq is-salib”. Dan hu kliem il-Papa Franġisku fil-Bolla tal-Indizzjoni tal-Ġublew tas-sena d-dieħla, bit-titlu meħud mill-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani: “It-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5:5).

Nixtieq li aħna s-saċerdoti miġbura quddiem Ġesu Sagramentat nirriflettu fuq din it-tama, u speċjalment fuq kif aħna s-saċerdoti msejħin biex inħaddnu din it-tama, u biex fl-għajxien tal-vokazzjoni tagħna nkunu xhieda ta’ din it-tama, inwassluha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 17:1-6
Salm: 120 (121):1-2,3-4,5-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin… Kompli aqra »