Arkivji mensili: Ġunju 2024

Il-Papa fl-Anġelus: Ġesù kien bniedem ħieles

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (ara Mk 3:20-35) jgħidilna li wara li beda l-ministeru pubbliku tiegħu, Ġesù sab quddiemu reazzjoni doppja: dik ta’ qrabatu, li kienu mħassbin u beżgħu li forsi seta’ kien qed jiġġennen, u dik tal-awtoritajiet reliġjużi li kienu jakkużawh li dak li kien jagħmel kien iwettqu bis-saħħa ta’ spirtu malinn. Fil-verità Ġesù kien jippriedka u jfejjaq il-morda bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Ġesù jħobbna sal-aħħar qatra ta’ demmu fil-qalb umli tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fis-seklu 17, Ġesù nqeda b’soru Franċiża umli ħafna, Margerita Marija Alacoque, biex jitlob lill-Knisja, li ssir din il-festa. Festa li xtaq li tiġi ddedikata lill-qalb tiegħu: il-Qalb ta’ Ġesù. Bil-qalb nifhmu l-personalità ta’ dak li jkun. Aħna l-Maltin għandna l-istess użu tal-kelma ‘qalb’ meta nirreferu għal xulxin: dak persuna ta’ qalb tajba; qalbu tad-deheb. Meta jkun naqra riħ isfel ngħidu: ‘għandi qalbi sewda’… Kompli aqra »

3 minn kull 5 itfal fil-Lvant Nofsani jsofru faqar alimentari sever

A recent report by UNICEF, the UN Children’s Fund, says that in the Middle East and North Africa around 34 million children under the age of five are living in food poverty.

3 in 5 children in the Middle East and North Africa, 34 million in total, are living with severe food poverty.

That’s according to a new report by UNICEF entitled Child Food Poverty: Nutrition Deprivation in Early Childhood, which analyses the consequences and causes of food deprivation among the world’s youngest children… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 9 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Ġen 3:9-15
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,4ċ-6,7-8
It-Tieni Qari: 2 Kor 4:13 – 5:1

L-Evanġelju: Mk 3:20-35

F’dak iż-żmien, Ġesù, flimkien mad-dixxipli tiegħu, mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu. Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan għandu fih lil Begħelżebul u bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.”

Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? … Kompli aqra »

Il-Papa: Jalla l-Istati tal-Palestina u l-Iżrael jgħixu spalla ma’ spalla

  Il-Vatikan

Commemorating the 10th anniversary of the “Invocation for Peace” in the Vatican Gardens with the then-leaders of Israel and Palestine, Pope Francis reveals that he prays each day that the Holy Land war will end and reiterates his firm belief that it is a deception to think that war can resolve problems.

“Every day I pray that this war will finally end…” Pope Francis said during an event commemorating the historic “Invocation for Peace” in the Vatican Gardens ten years ago… Kompli aqra »

70 plejer jibdew it‑taħriġ għall‑Maratona tal‑Volleyball 2024 b’risq Id‑Dar tal‑Providenza

Maratona tal‑Volleyball 2024 b’risq Id‑Dar tal‑Providenza

  Kulleġġ Santa Klara, Pembroke

70 plejer bdew sessjonijiet ta’ taħriġ għall‑isfida tal‑Maratona tal‑Volleyball b’risq id‑Dar tal‑Providenza li din is‑sena ser issir bejn il‑Ġimgħa, 19 ta’ Lulju u l‑Ħadd, 21 ta’ Lulju 2024. Ma’ dawn il‑plejers hemm ukoll 12‑il kowċ li qegħdin jassistuhom.

Dan it-taħriġ li se jdum sejjer għal seba’ ġimgħat sħaħ, qed isir fil‑grawnd tal‑Iskola Sekondarja ta’ Pembroke fi ħdan il‑Kulleġġ Santa Klara.  It‑taħriġ imbagħad jasal fi tmiemu meta bejn is‑Sibt 29 u l‑Ħadd 30 ta’ Ġunju ssir prova ta’ 24 siegħa ta’ logħob kontinwu.  Wara jkunu jridu jintgħażlu, skont kriterji stabbiliti, l‑40 player li se jipparteċipaw fl‑edizzjoni tal‑Maratona tal‑Volleyball ta’ din is‑sena li mbagħad jinqasmu f’ħames timijiet… Kompli aqra »

“Inniżżlu l-għeruq tagħna fl-imħabba u fuqha nibnu ħajjitna” – L‑Arċisqof

Omelija fil-konsagrazzjoni tal-knisja

  Il-Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif għadna kif smajna fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li jissellef il-kliem tal-profeta Żakkarija: “Huma qagħad iħarsu lejn min nifdu.”(Ġw 19:37). Min hu dan ir-raġel minfud? Huwa l-imsallab Ġesù Kristu Sultan tal-Lhud li minflok kissrulu riġlejh bħala l-aħħar daqqa fl-eżekuzzjoni tiegħu, peress li kien diġà miet, fizzjal qabad lanza u nifend il-kustad tiegħu.

Aħna nħarsu lejh u fina wkoll isseħħ il-profezija ta’ Żakkarija u l-kelma li jirrepeti Ġwanni: “Huma qagħad jħarsu lejn min nifdu.” (Ġw 19:37)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 61:9-11
Salm: 1 Sam 2:1,4,2,8

L-Evanġelju: Lq 2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »