Arkivji mensili: Lulju 2024

Alla jgħinna permezz ta’ ħutna – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-ftuħ Dar San Franġisk ta' Dar Nazareth

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katerina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jpoġġi quddiemna għażla importanti ħafna, li fuqha se jkun deċiż id-destin tagħna; għażla li taf tkun iebsa, imma wkoll ċara ħafna. Kultant ninkwetaw fuq ħafna affarijiet, li l-Mulej f’dan l-Evanġelju li smajna ma jsemmihomx. Ma jistaqsinix kemm xegħelna xemgħa jew kemm dendilna damask. Ħa nkun ċar – lanqas kemm għamilna pavaljuni. Se jistaqsina kif trattajna lil xulxin. Nistgħu nagħmlulu l-isbaħ affarijiet ta’ deheb u fidda imma jekk ix-xbieha ħajja tiegħu, li huma ħutna, nistmahom ħażin, qed jgħidilna ċar: “dak li għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40), fit-tajjeb u fil-ħażin… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna għax-xahar ta’ Awwissu

Ritratt: L-Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Inawgurata Dar San Franġisk fiż-Żejtun

L-Arċisqof Charles Scicluna jinawgura u jbierek Dar San Franġisk, ir-raba’ dar fil-komunità fiż-Żejtun għall-persuni b’diżabilità mmexxija mill-Fondazzjoni Nazareth. Attendew ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Abela, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, u l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fost l-oħrajn.

Is-serata bdiet b’quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla mmexxija mill-Arċisqof Scicluna fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Miegħu kkonċelebraw Dun Anġ Seychell, il-fundatur ta’ Fondazzjoni Nazareth; Dun Martin Micallef, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija; Dun Anton Galea-Scannura u Dun Bernard Micallef, Kappillan u Viċi Kappillan tal-parroċċa taż-Żejtun; u Dun Michael Galea, Direttur ta’ Fondazzjoni Arka f’Għawdex… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 15:10,16-21
Salm: 58 (59):2-3,4-5a,10-11,17,18

L-Evanġelju: Mt 13:44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha.”

Qaddis tal-jum: San Injazju ta’ Loyola, Presbiteru Kompli aqra »

Seoul jagħti bidu għall-preparamenti tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2027

Under the theme “Hope Ignites in Seoul. Success for WYD Seoul 2027,” the ceremony, held on July 28, marked the beginning of preparations for the highly anticipated international gathering.

The event drew a diverse crowd of over 1,000 young attendees, including North Korean defectors, youth with disabilities, and military personnel. 

The launch event kicked off with a colorful flag parade, where young Koreans and international participants carried 193 flags into the cathedral. 

This parade symbolized the universal call and enthusiasm for WYD, highlighting Seoul’s role as a global hub for young Catholics… Kompli aqra »

Laqgħa għaż-żgħażagħ SDC

Nhar il-Ħamis 18 ta’ Lulju 2024 fl-iskola St Michael, saret laqgħa oħra għall-grupp taż-Żgħażagħ SDC. Il-laqgħa bdiet b’riflessjoni bit-tema ta’ kif wieħed jista’ jagħmel kollox għall-glorja t’Alla, ibbażata fuq it-tagħlim tal-fundatur, San Ġorġ Preca.

Iż-żgħażagħ kellhom mument ta’ qsim ta’ ħsibijiet fi gruppi żgħar, fejn kulħadd kellu ċ-ċans jaħseb u jitkellem dwar sfidi, eżempji u benefiċċji ta’ din il-virtù. Wara, kien hemm ħin soċjali ikkaraterizzat minn logħba futbol fil-grawnd tal-iskola u ħin tal-ikel… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 14:17-22
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Mt 13:36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.”

U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »

Aħwa ħbieb ta’ Ġesù – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta” (Lq 10:38). Hawnhekk, fl-Evanġelju skont San Luqa, għandna din il-ġrajja meta Ġesù jmur għand familja ħbieb tiegħu: Marta, flimkien ma’ oħtha Marija, u kellhom ukoll lil ħuhom Lazzru li ma jissemmiex f’din iċ-ċirkustanza imma jissemma f’mumenti oħra. Din is-silta nsibuha biss f’San Luqa, u turina, qabel xejn, l-ospitalità – kif din il-familja kienet tilqa’ bil-ferħ lil Ġesù… Kompli aqra »