Arkivji mensili: Lulju 2024

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 8:4-7,11-13
Salm: 113 B (115):3-4,5-6,7ab-8,9-10

L-Evanġelju: Mt 9:32-38

F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.”

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

L-id li tagħti l-ħajja, l-id li ssib il-fejqan – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix” (Mt 9:18). Dan hu l-kliem ta’ wieħed mill-kapijiet li mar isib lil Ġesù, inxteħet f’riġlejh, u talbu bil-ħerqa biex imur għax bintu kienet għadha kemm mietet. U għalhekk jagħmillu din it-talba ħerqana. Dar-raġel kellu din il-fidi f’Ġesù, u għamel minn kollox biex jasal għandu ħalli lil Ġesù jagħmillu din it-talba.

Nixtieqkom tinnutaw dan il-kliem: “ejja qiegħed idek fuqha”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-Kattoliċi msejħin biex ifejqu ‘il-qalb feruta’ tad-demokrazija

Franġisku fi Trieste fl-okkażjoni tal-50 Ġimgħa Soċjali tal-Kattoliċi Taljani

  Pjazza Unità d'Italia, Trieste

Xtaqt nirringrazzja lill-Arċisqof għal ħafna raġunijiet, imma fuq kollox għal waħda: li ma tkellimx dwar ‘il-morda’… Semmiehom! Jafhom b’isimhom! Dan hu eżempju, għax il-karità hi konkreta, l-imħabba hi konkreta. Irrodd ħajr kbir lill-Arċisqof għal din id-drawwa. Kull persuna, f’saħħitha jew marida, kbira jew żgħira, kull persuna għandha d-dinjità.

Id-dinjità tidher fl-isem u huwa jaf l-isem. Sabiħ ħafna. Issa nawgura li din id-drawwa tibqa’ għax darba sibt kappillan ta’ parroċċa fuq il-muntanja – kellu tliet villaġġi – u għidtlu: “Imma kif jirnexxilek tiftakar l-ismijiet tan-nies kollha? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2:16,17b-18,21-22
Salm: 144 (145):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 9:18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet… Kompli aqra »

Ħarsa ta’ mħabba ħanina – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħares lejn Mattew bi mħabba ħanina u għażlu”. Dan hu l-kliem tal-Venerabbli Beda meta jikkummenta fuq ix-xena tal-Evanġelju tas-sejħa ta’ Mattew. Il-Papa Franġisku jgħid li dejjem laqtitu din l-espressjoni tal-Venerabbli Beda, u fil-fatt għażilha bħala motto tiegħu: “miserando atque eligendo”.

Ħa nħarsu lejn Ġesù. Il-Papa jgħid hekk: “Fih kollox jitkellem dwar il-ħniena. M’hemm xejn fih li m’għandux ħniena…… Kompli aqra »

Warda sabiħa li togħġob lill-Madonna – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illejla, f’avveniment speċjali fl-okkażjoni tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’din il-parroċċa, il-Madonna se tingħata warda tad-deheb, li tbierket mill-Papa Franġisku, li qiegħed ukoll ġawhra fin-nofs tagħha. L-għotja tal-warda tad-deheb hi tradizzjoni antika ħafna li tfisser qima u mħabba. Jien ċert li ħafna hekk qed jifhmu: li l-warda hija espressjoni tal-qima u tal-imħabba lejn Ommna Marija, Immakulata Kunċizzjoni.

Marija kellha din ix-xorti: li għexet ħajjitha fis-sempliċità, fl-umiltà, f’ħajja ordinarja, mhux straordinarja, kultant ukoll ħajja ta’ faqar… Kompli aqra »

Jekk nisimgħu mill-Mulej nistgħu nsiru messaġġiera tal-Kelma tiegħu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Qalb ta' Ġesù fil-Kunvent tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju juża l-verb mistgħaġeb darbtejn: “dak li semmgħuh bdew jistgħaġbu u jgħidu mnejn kisbu dan kollu” (Mk 6:2), u jikkonkludi li Ġesù “baqa’ mistgħaġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom” (Mk 6:6). Hemm żewġ reazzjonijiet ta’ dawk li kienu jafu l-familja ta’ Ġesù u rawh jikber quddiemhom bħala mastrudaxxa, bin il-mistrudaxxa Ġużeppi u Marija, u hemm ukoll ir-reazzjoni ta’ Ġesù li jifhem lin-nies ta’ Nazzaret, tar-raħal fejn trabba, ma jistgħux jilqgħuh… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 7 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kunvent tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, Fleur-de-Lys

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 2:2-5
Salm: 122(123):1-2a,2bċd,3-4
It-Tieni Qari: 2 Kor 12:7-10

L-Evanġelju: Mk 6:1-6

F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? … Kompli aqra »