Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Lulju 2024
01/07/2024Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:
It‑Tnejn 1 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon mill‑Knisja ta’ Ġieżu fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta… Kompli aqra »