Arkivji mensili: Lulju 2024

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4:7-16
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 11:19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.”

Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Gawdu l-mirakli ta’ kuljum t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

Illum l-Evanġelju tal-Liturġija jirrakkuntalna l-miraklu tal-ħobż u l-ħut (ara Ġw 6:1-15). Miraklu, jew aħjar “sinjal” li l-protagonisti tiegħu jagħmlu tliet ġesti li Ġesù jtenni waqt l-Aħħar Ikla. Liema huma dawn il-ġesti? L-offerta, ir-radd il-ħajr u l-qsim. L-ewwel: l-offerta. L-Evanġelju jitkellem dwar tifel li għandu ħames ħobżiet u żewġ ħutiet (ara Ġw 6:9). Hu ġest li bih nindunaw li lkoll għandna xi ħaġa tajba x’nagħtu, li ngħidu “l-iva” tagħna anki jekk dak li għandna hu ftit wisq ħdejn il-meħtieġ… Kompli aqra »

300,000 tifel u tifla fl-Afrika t’Isfel mhedda minn malnutrizzjoni akuta severa

In 2024, almost 300,000 children are threatened by severe acute malnutrition in six drought-affected countries in Southern Africa, reported the UN Children’s Fund, UNICEF, in a July 25 statement.

Increasing food insecurity and malnutrition, challenges in accessing safe water and sanitation, as well as risks to disease outbreaks such as cholera, UNICEF deplores, are “a serious threat.”

7.4 Million in child food poverty

“Thousands of children are on the brink of being irreversibly impacted in their health and growth,” it decries, “because of the climate-related crisis and this warning should not go unheard by the international community.”

In Lesotho, Malawi, Namibia, Zambia, and Zimbabwe, UNICEF highlights, 7.4 million children are living in child food poverty, of which over 2 million are surviving on extremely poor diets that include at most two food groups… Kompli aqra »

Id-djalogu mal-anzjani tagħna jagħtina ħafna għerf – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum in-Nanniet u l-Anzjani

  Il-Kappella ta' Sant'Anna, il-Qrendi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk tiftakrux, li fil-bidu ta’ din is-sena, kont għidtilkom li hi sena speċjali ddedikata lill-Evanġelista San Mark, li hu l-iqsar Evanġelju; u għalhekk, b’mod speċjali fil-perjodu tas-sajf, se nibdew nisimgħu wkoll siltiet mir-raba’ evanġelju, mill-Evanġelju ta’ San Ġwann. U nibdew illum, proprju, billi nitilqu ftit l-Evanġelju ta’ San Mark, li qed jitħabbar fil-Ħdud ta’ Matul is-Sena; u nibdew nisimgħu siltiet sbieħ mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kapitlu 6… Kompli aqra »

Sinjali b’saħħithom ta’ tama

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

We are just a few months away from the Jubilee Year of 2025, which has as theme “Pilgrims of Hope”, and we are witnessing strong signs of hope in the pastoral actions of the Church in Malta.

A few weeks ago, the deed was signed through which the Archdiocese of Malta handed over the imposing Dar Saura in Rabat, a €25 million property covering an expanse of 5,500 square metres, to the Malta Trust Foundation for 65 years, to be converted into an empowerment hub for young people with a disability… Kompli aqra »

Ejja nimmaġinaw futur differenti għall-anzjani tagħna – Il-Papa

  San Giovanni in Laterano, Ruma

Għeżież ħuti!

Alla ma jabbandunax lil uliedu, qatt.  Lanqas fl-età avvanzata u meta l-forzi jiddagħjfu, meta x-xagħar jibjad u l-irwol soċjali ma jibqax dak li jkun, meta l-ħajja ssir anqas produttiva u tidħol f’riskju li tidher inutli.  Hu ma jħarisx lejn is-sura (cfr 1 Sam 16,7) u xejn ma jiddejjaq jagħżel lil dawk li f’għajnejn ħafna jidhru irrilevanti.  Ma jiskarta ebda ġebla, anzi, “dawk l-aktar xjuħ” huma l-bażi żgura li l-ġebel “il-ġdid” jista’ jistrieh fuqhom biex ilkoll flimkien jibnu d-dar spiritwali (cfr 1 Pt 2,5)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd f’Jum in-Nanniet u l-Anzjani – 28 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella ta’ Sant’Anna, il-Qrendi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 4:42-44
Salm: 144(145):10-11,15-16,17-18
It-Tieni Qari: Efes 4:1-6

L-Evanġelju: Ġw 6:1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud… Kompli aqra »

Ma tkabbritx qalbi – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Quddiesa lejlet il-Festa ta’ Sant’Anna

  Fuq is-Simenta, Wied il-Għajn

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw. Henjin widnejkom għax qegħdin jisimgħu” (Mt 13:16). Dan hu l-kliem li smajna fl-Evanġelju skont San Mattew, li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu. Jgħid dan il-kliem għax id-dixxipli tiegħu setgħu jarawh u jisimgħuh imma dawk li ġew qabel, il-profeti u nies ġusti ta’ qabel, ma kellhomx din ix-xorti li lilu jarawh u jisimgħuh personalment.

Qegħdin nagħmlu l-festa ta’ Sant’ Anna li flimkien ma’ żewġha San Ġwakkin, it-tnejn li huma, kellhom din ix-xorti li lil Ġesù jarawh u jisimgħuh, imma kelhom grazzja akbar, għax kienu n-nanniet tiegħu… Kompli aqra »