Arkivji mensili: Lulju 2024

Il-parroċċa ta’ Raħal Ġdid tikseb finanzjament mill-Gvern għar-restawr urġenti tal-bażilika

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Il‑kappillan ta’ Raħal Ġdid bi pjaċir iħabbar li l‑kampnar u l‑portiku tal‑Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid se jiġu rrestawrati permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill‑Gvern.

Dun Marc André Camilleri qal li wara laqgħat mal‑Ministri Byron Camilleri u Owen Bonnici, intlaħaq ftehim li l‑Gvern se jikkontribwixxi €400,000 għall‑proġett.

Il‑kappillan qal li permezz ta’ din l-għotja finanzjarja, il‑parroċċa qed tippjana li l‑portiku jintuża bħala pjattaforma għall‑viżitaturi u jkun ukoll post fejn isiru avvenimenti u attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi… Kompli aqra »

Swor Ġużeppina Zammit il-Ġeneral il-ġdid tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù

Ritratt: Francesco Pio Attard

Id-delegati tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, miġbura f’Cave, l-Italja, għas-26 Kapitlu Ġenerali tagħhom bejn it-8 u s-27 ta’ Lulju, għadhom kemm ħatru lil Swor Ġużeppina Zammit bħala s-Superjura Ġenerali l-ġdida, u flimkien magħha l-Kunsill Ġenerali.

Il-Madre Ġenerali l-ġdida hija minn Ħal Safi, u qed tieħu post oħtha, Swor Vitaliana, fit-tmun ta’ din il-kongregazzjoni reliġjuża, li barra l-għadd ta’ kunventi u skejjel f’pajjiżna, illum hi mxerrda ma’ bosta rkejjen oħra tad-dinja, fost l-oħrajn fl-Afrika, fl-Amerika u fl-Awstralja… Kompli aqra »

Biex fina ssib art tajba – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tassew hu jagħmel il-frott” (Mt 13:23). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew meta jfisser il-parabbola ta’ dak li mar jiżra’, u ż-żerriegħa waqgħet f’postijiet differenti. Hawnhekk Ġesù jagħti spjega ta’ din il-parabbola. Mhuwiex komuni li Ġesù parabbola jispjegaha; xi darbtejn jagħmilha. U hawnhekk jagħti spjega li lilna tolqotna ħafna fil-ħajja tagħna.

Hawn isemmi tliet ċirkustanzi differenti fejn iż-żerriegħa li wieħed jiżra’ taqa’ f’post fejn ma tistax tagħmel il-frott… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 7:1-11
Salm: 83 (84):3,4,5-6a u 8a,11

L-Evanġelju: Mt 13:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq.

Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur pazjenti Maltin f’Londra

L-Arċisqof ibierek wieħed mill-pazjenti Maltin

L‑Arċisqof Charles Scicluna temm żjara pastorali ta’ jumejn f’Londra fejn iltaqa’ ma’ pazjenti Maltin li bħalissa qed jingħataw il-kura fir-Renju Unit.

Matul din iż‑żjara, l-Arċisqof żar u talab mal-Maltin li jinsabu rikoverati fl-isptar King’s College u fl-isptar Royal Marsden fejn iltaqa’ wkoll ma’ infermiera Maltija. Lill-pazjenti, il-qraba u anke lill-ħaddiema tal-isptarijiet, l-Arċisqof tahom kuruna tar-rużarju sabiex il-Madonna tkun ta’ faraġ u tama għalihom… Kompli aqra »

Athletica Vaticana tfakkar lill-atleti tal-Olimpijadi fir-responsabbiltà kbira li għandhom

Ahead of the Opening Ceremony of the 2024 Summer Olympic Games in Paris, Athletica Vaticana encourages the athletes in fraternal friendship and reiterates Pope Francis’ appeal for an Olympic Truce.

“The Olympics and Paralympics can be strategies for peace and antidotes to war games.”

That was the message conveyed by Athletica Vaticana, the Holy See’s official sports association, in an open letter sent to the athletes participating in the 2024 Summer Olympics in Paris… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 1: Dun Martin Micallef

Dun Martin Micallef hu d-Direttur tad-Dar tal-Providenza, dilettant tal-fotografija, u ma jżommx lura milli jgħid xi ċajta ’l hawn jew ’l hemm. F’dan il-podcast jaqsam l-istorja tal-vokazzjoni tieghu u dwar kemm sabha diffiċli biex jgħid lil tad-dar. Daħal saċerdot minħabba li zijuh kien qassis u miet żgħir, u xtaq ikompli dak li beda hu. Dun Martin jistqarr li ma setax jorqod meta sar jaf li se jsir direttur tad-Dar tal-Providenza… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 3:14-17
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Mt 13:18-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija.

Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »