€466,688 miġbura mill-BOV Volleyball Marathon brisq id-Dar tal-Providenza
22/07/2024Ritratt: Bernard Cachia
It‑53 siegħa tal‑BOV Volleyball Marathon intlaħqu f’nofsillejl tal‑Ħadd imma mhux qabel ma nġabret is‑somma ta’ €466,688 .
40 plejer, li ffurmaw ħames timijiet, baqgħu jilagħbu mingħajr waqfien fi sħana qawwija. Uffiċjalment il-Maratona bdiet fis-sitta ta’ filgħaxiija tal-Ġimgha fil-preżenza tal-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono u baqgħet sejra minn dak il-ħin.
Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, irringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi, li għal darba oħra wieġeb b’tant ġenerożità għas‑sejħa li saret biex jinġabru l‑fondi għad‑Dar, permezz tal‑Maratona tal‑Volleyball. Grazzi wkoll lill‑plejers, lill‑volontiera, lill‑membri tal‑kumitat organizzattiv, l‑isponsors kollha, l‑istazzjonijet ewlenin tat‑televixin li xandru din il‑maratona, kantanti u bands, lill‑pulizija u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex din il‑Maratona tkun suċċess.
Il-Ħadd filgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar assistit minn Fr Martin u emfażizza fuq is-solidarjetà mad-Dar tal-Providenza matul il-BOV Volleyball Marathon għall-ġbir ta’ fondi tant meħtieġa. L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lil Alla li d-Dar tal-Providenza dejjem kellha mexxejja tajba li kellhom sens kbir ta’ dak li sejjaħ caring leadership… Kompli aqra »