Arkivji mensili: Lulju 2024

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 10:5-7,13-16
Salm: 93 (94):5-6,7-8,9-10,14-15

L-Evanġelju: Mt 11:25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.” Kompli aqra »

Il-Madonna hi t-tama tassew tagħna fil-mumenti meta naqtgħu qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin lejlet il-Ġublew tal-2025 fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-2024, tħares lejn dak il-jum tal-24 ta’ Diċembru meta l-Papa Franġisku jiftaħ l-ewwel bieb qaddis ġewwa il-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan f’Diċembru 2024, u jiftaħ il-Ġublew Qaddis tas-sena 2025. Aħna l-Insara niċċelebraw 2025 sena mit-twelid ta’ Sidna Ġesù Iben Marija.

U l-Papa Franġisku jixtieq li l-Ġublew jekk inħarsu lejh, bħal-lum sena nkunu diġà fil-qalba tal-Ġublew, inħarsu lejh bħala pellegrini tat-tama, nies li qegħdin f’mixja u li aħna għandna tama qawwija, li hi ċerta, li ma tingannaniex… Kompli aqra »

L-għażla ta’ Ġesù mhix irħisa – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri f'San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum, fil-kapitlu 6 ta’ San Mark, ninnutaw li Ġesù jiddeċiedi li l-missjoni tiegħu, jafdaha lit-tnax-il dixxiplu tiegħu u “jibgħathom tnejn tnejn” (Mk 6:7). Ħafna qaddisin jieqfu fuq din l-espressjoni. Ma bagħathomx weħidhom imma jibgħathom tnejn tnejn. Donnu x-xhieda li rridu nagħtu hi qabelxejn ix-xhieda tal-kapaċità li naħdmu flimkien. Kultant il-ħajja ġġagħlna ngħidu: ‘isma’, aħjar nagħmilha waħdi din għax nagħmilha malajr u nagħmilha aħjar; imma biex tiftiehem ma’ ħaddieħor u biex issir, indumu iżjed’… Kompli aqra »

170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia b’risq Caritas Malta

Caritas Malta bħalissa għaddejja bil-kampanja ta’ 3rd party events, fejn individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u b’hekk jinġabru fondi b’risq din l-entità.

Dawn il-fondi jkunu ferm ta’ sostenn għall-ħidma ta’ Caritas Malta fejn minbarra s-servizzi bi djar terapewtiċi residenzjali kontra l-abbuż ta’ droga, Caritas Malta toffri servizzi psiko-soċjali miċ-ċentru fil-komunità, il-Ħamrun, (Caritas Community Centre), liema servizzi huma kollha mingħajr ħlas… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 18:42b-45a
Salm: 14:1-4

L-Evanġelju: Ġwanni 19:25-27

F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 1:10-17
Salm: 49 (50):8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 10:34 – 11, 1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu.

Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Titbegħedx mill-ferħ ta’ Kristu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

Illum l-Evanġelju jgħidilna li Ġesù bagħat lid-dixxipli tiegħu għall-missjoni (ara Mk 6:7-13). Jibgħathom tnejn tnejn u jirrikmandalhom ħaġa importanti: biex jieħdu magħhom biss dak li hu neċessarju.

Nieqfu ftit fuq din ix-xena: id-dixxipli jintbagħtu flimkien u magħhom għandhom jieħdu biss dak li hu neċessarju.

L-Evanġelju ma nħabbruhx għal rasna, le: inħabbruh flimkien, bħala komunità u għalhekk hemm bżonn nagħrfu kif għandna nħarsu l-moderazzjoni: inkunu moderati fl-użu tal-affarijiet, naqsmu r-riżorsi mal-oħrajn, il-ħiliet u d-doni, u nirrinunzjaw għal kulma hu żejjed… Kompli aqra »