Arkivji mensili: Lulju 2024

Quddiesa tal-Ħadd – 14 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tad-Duluri, San Pawl il-Baħar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 7:12-15
Salm: 84 (85):9-14
It-Tieni Qari: Ef 1:3-14

L-Evanġelju: Mk 6:7-13

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

L‑Arċisqof jaħtar Vigarju Episkopali ġdid għad‑Djakonija

Dun Martin Micallef
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Martin Micallef bħala l‑Vigarju Episkopali l‑ġdid għad‑Djakonija sabiex jassisti lill‑Arċisqof fil‑ħidma tal‑qadi tal‑Knisja favur il‑bniedem fil‑bżonn. Hu se jkompli jokkupa l‑kariga ta’ Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.

L‑Arċisqof irringrazzja lil Mons. Charles Cordina għall‑ħidma twila tiegħu bħala kappillan f’diversi parroċċi, bħala Delegat għall-Kleru u membri tal-Istituti tal-Ħajja Kkonsagrata, bħala Delegat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi, bħala Segretarju Pastorali u kif ukoll għad‑disa’ snin ta’ servizz bħala Vigarju Episkopali għad‑Djakonija b’servizz mal‑persuni l‑aktar fil‑bżonn fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 6:1-8
Salm: 92 (93):1ab,1ċ-2.5

L-Evanġelju: Mt 10:24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-Pulizija: “Kunu għodda ta’ ġustizzja u qatt kompliċi mal-inġustizzja u l-korruzzjoni”

Quddiesa fl-210 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-14-il ġimgħa taż-żmien ta’ Matul is-Sena li qrajna llum, u li qed jinqara fil-Knejjes Kattoliċi madwar id-dinja, u li mhux magħżul għal din l-okkażjoni, neħduh bħala providenza. Dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna, jgħid kelma li meta kont qed  naqraha u nitlob fuqha, ħsibt fikom u għedt kemm din tgħodd għall-Korp tal-Pulizija! “Jien qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup” (Mt 10:16)… Kompli aqra »

Oħloq Tbissima – 22 sena għajnuna lill-missjunarji Maltin

Il-Ġimgħa waranofsinhar, 12 ta’ Lulju 2024, se tibda t-22 edizzjoni tal-maratona ta’ xandir Oħloq Tbissima, li se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd, 14 ta’ Lulju 2024, fuq diversi stazzjonijiet lokali tat-televixin.

Din hi 22 sena ta’ għajnuna lill-missjunarji Maltin li għal ħafna snin ilhom jaħdmu mal-familji fqar fil-Perù, Pakistan u l-Filippini.  Familji li li kieku ma kienx għal dawn il-patrijiet qalbiena, tkun diffiċli ħafna għalihom biex jgħixu b’dinjità. Diffiċli biex jieħdu kura medika, biex jibgħatu lit-tfal tagħhom l-iskola, u biex ikollhom almenu ikla kuljum… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Pulizija – 12 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14:2-10
Salm: 50 (51):3-4,8-9,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Mt 10:16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

Kewkba tixgħel f’lejl mudlam – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

  Monasteru ta’ Santa Skolastika, Il-Birgu

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Benedittu, Fundatur tal-Monakiżmu fil-Punent, għex ħafna snin ilu. Twieled għall-ħabta tas-sena 480, u miet fis-sena 547, jiġifieri ara kemm għaddew snin minn meta għex! Imma meta aħna naraw il-ħajja tiegħu u l-kelma tiegħu, jolqotna kemm għadu rilevanti għall-ħajja tagħna llum. Baqa’ wkoll ħaj fl-esperjenza spiritwali ta’ tant nies li segwewh, fil-ħajja monastika u ispirati mir-Regola tiegħu.

Nixtieq insemmi tliet punti mir-rikkezza kbira tal-ħajja tiegħu, li naħseb jagħtu messaġġ sabiħ għall-ħajja tagħna fi żminijietna… Kompli aqra »