Arkivji mensili: Settembru 2024

Korsijiet ġodda fl-animazzjoni tal-mużika liturġika mill-Akkademja tal-Mużika Sagra

Korsijiet jibdew minn Novembru 2024 u Frar 2025

L-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri għadd ta’ korsijiet bil-għan li japprofondixxu l-ħiliet u l-għarfien tal-persuni involuti fil-ministeru tal-mużika fi ħdan il-Knisja.

Il-korsijiet għas-sena akkademika 2024-2025 jinkludu Animazzjoni tal-Mużika Liturġika, imfassal għal dawk li bħalissa huma involuti jew qed jaspiraw li jipparteċipaw fl-animazzjoni liturġika (jibda f’Novembru 2024); L-Orgni fil-Liturġija, maħsub għall-organisti li diġà qed iservu jew jippjanaw li jservu fil-parroċċi u li jixtiequ jsaħħu l-għarfien tagħhom dwar il-ministeru tal-organisti (jibda fi Frar 2025);  il-programm ta’ kitba ta’ kanzunetti Nsara Ħarbex (jibda fi Frar 2025); u Kant waqt  il-Liturġija għas-saċerdoti (jibda f’Mejju 2025)… Kompli aqra »

“Fil-Lvant Nofsani qed jinqatlu wisq nies kuljum” – il-Papa Franġisku

  Stadium “Re Baldovino” (Brussell)

Irrodd ħajr lill-Arċisqof għall-kliem ta’ kortesija li indirizzali.  Nesprimi gratitudni sinċiera lill-Maestà Tagħhom ir-Re u r-Reġina, kif ukoll lill-Altezzi Rjali il-Granduka u l-Grandukessa tal-Lussemburgu: irroddilhom ħajr  tal-preżenza tagħhom u għall-akkoljenza tul dal-ġranet.

Nestendi l-grazzi tiegħi lill dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkollaboraw fl-organizzazzzjoni ta’ diż-żjara; b’mod speċjali lill-anzjani u l-morda li offrew it-talb tagħhom.

Illum qed niċċelebrawi il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Rifuġjati bit-tema “Alla jimxi mal-poplu tiegħu”.  Minn dal-pajjiż, mill-Belġju, li kien u li għadu post li jilqa’ fih tant migranti, lill-Ewropa u lill-Komunità Internazzjonali nġeddilhom l-appell tiegħi biex il-fenomenu migratorju jqisuh opportunità ta’ tkabbir komuni fil-fraternità u nistieden lil kulħadd biex f’kull wieħed u waħda minn dawn ħutna migranti jaraw il-wiċċ ta’ Ġesù li sar mistieden u pellegrin fostna… Kompli aqra »

50 sena mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca

L-Isqof Emeritu Ġużeppi Mercieca ġie ordnat isqof bħal-lum 50 sena ilu. Huwa kien ġie kkonsagrat isqof nhar id-29 ta’ Settembru tal-1974, xahrejn wara li ġiet ippubblikata n-nomina tiegħu b’mod uffiċjali.

L-Isqof Mercieca li dak iż-żmien kien iservi f’Ruma, ġie mgħarraf li ntagħżel biex jassisti lill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi bħala Isqof Awżiljarju. Hu kien għad kellu biss 45 sena.

Mons… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 1:6-22
Salm: 16 (17):1,2-3,6-7

L-Evanġelju: Lq 9:46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir”… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imġarr

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali tal‑Parroċċa Santa Marija Mtellgħa s-Sema, l-Imġarr, f’idejn Dun Sean Abela bħala l-kappillan ta’ din il-parroċċa. Mons. Arċisqof jirringrazzja lil Dun Noel Vassallo tal-ħidma tiegħu bħala amministratur f’din il-parroċċa.

Dun Sean Abela twieled fis-17 t’Awwissu 1992. Beda l-mixja għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u studja fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija. Kiseb ukoll Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 29 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tal- Kunċizzjoni, il-Ħamrun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11:25-29
Salm: 18(19):8,10,12-13,14
It-Tieni Qari: Ġak 5:1-6

L-Evanġelju: Mk 9:38-43,45,47-48

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi… Kompli aqra »

Ma tiddependix fuq il-kunsens popolari – L-Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan” (Lq 9:21). Dan hu l-kliem li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa fuq Ġesù li lid-dixxipli tiegħu qalilhom b’insistenza biex ma jgħidu lil ħadd. Għalxiex kien qed jgħid hawnhekk? Għal meta Pietru qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla” (Lq 9:20). Hemmhekk Ġesù insista – hawn jgħidlek “ikkmandahom u qalilhom ħafna” – biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

Fl-għeruq tal-impenn pastorali tagħna – L‑Isqof Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tahom qawwa u setgħa” (Lq 9:1). Fl-Evanġelju skont San Luqa, meta Ġesù jsejjaħ lit-tnax madwaru, l-Evanġelju jgħidilna li “tahom qawwa u setgħa”. Kien hu li sejħilhom, kien hu li tahom qawwa u setgħa, kien hu li bagħathom imbagħad ixandru s-Saltna ta’ Alla, ifejqu l-morda, ikeċċu x-xjaten.

Minnu ġejja l-qawwa

Hawn diġà għandna messaġġ tassew importanti għalina lkoll li naħdmu fi ħdan il-Knisja għalikom li intom operaturi pastorali f’diversi oqsma ta’ din il-parroċċa tal-Iklin… Kompli aqra »