Arkivji mensili: Settembru 2024

Il-Papa lill-Kattoliċi ta’ Papua New Guinea: Alla hu qrib ta’ dawk li jħossuhom imbiegħda

  Sr John Guise Stadium, Port Moresby, Papua New Guinea

Il-Papa Franġisku beda kmieni bl-impenji tiegħu dalgħodu meta fit-8.00am (ħin lokali) iċċelebra quddiesa għall-fidili Kattoliċi fil-kapitali ta’ Papua New Guinea, Port Moresby, fl-aħħar jum sħiħ tat-tieni tappa fl-itwal Vjaġġ Appostoliku tiegħu.

Skont l-awtoritajiet lokali, għaċ-ċelebrazzjoni attendew madwar 35,000 ruħ, fosthom il-Prim Ministru tal-pajjiż James Marade.

Bogħod minn Alla

Fl-omelija tiegħu l-Papa rrifletta fuq il-qari tal-Vanġelu ta’ dan it-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena, fejn Ġesù jfejjaq lit-trux imbikkem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 5:1-8
Salm: 5:5-6,7,12

L-Evanġelju: Lq 6:6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh. Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!” Dak qam u ħareġ fin-nofs… Kompli aqra »

L-għotja ta’ ħajjitna tkun sabiħa jekk tkun għas-sewwa u l-ġustizzja – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Kappella tat-Twelid tal-Verġni Marija fil-Forti Sant'Anġlu, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna ma jitkellimx fuq it-twelid tal-Verġni Marija imma jitkellem dwar it-tnissil ta’ Binha Ġesù. Jindikaha lil din il-mara, li il-ġenituri tagħha Anna u Ġwakkin semmewha Marija, jindikaha bħala Omm il-Feddej.  Alla juri lilu nnifsu f’ibnu f’żewġ ismijiet sbieħ u importanti li jagħtu sens profond lill-festa li qegħdin nagħmlu llum, li aħna bir-raġun minħabba l-istorja ta’ pajjiżna nsejħulha l-vitorja… Kompli aqra »

Aħna li ġġilidna kontra kull razziżmu u ksenofobija – għadna nagħmlu l-istess jew waqajna vittma ta’ dak li ġġilidna kontrih? – L-Arċisqof

Pontifikal statali f’lejlet il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija fit-tifkira taż-żewġ assedji ta’ Malta

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż fl-istorja ta’ Malta, dejjem kien sinjal ta’ rebħa; rebħa lill-poplu tagħna, għal darba, darbtejn. Kien persważ li seħħet ukoll bil-ħarsien ta’ Alla. Meta Dun Karm, fl-1922 kiteb il-kliem sabiħ tal-Innu Malti, fakkarna kemm il-Mulej ħarisna matul is-sekli; u talab li l-Mulej ikompli fis-snin, ikompli jħarisna. Il-mistoqsija li nagħmel lili nnifsi, u lil kull wieħed u waħda minna llum hi sempliċi: xi jfisser għalina li nilqgħu l-ħarsien ta’ Alla llum? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5:1-4a
Salm: 12:6
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 1:1-16,18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 8 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Bambina, Forti Sant’Anġlu, il-Birgu

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

It-talb u s-sawm kif iridhom Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tiegħek jieklu u jixorbu” (Lq 5:33). Dan hu li l-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù bl-ilment tagħhom fuq id-dixxipli ta’ Ġesù. Kienu qed jilmentaw meta jqabblu dawn id-dixxipli li “jieklu u jixorbu” mad-dixxipli ta’ Ġwanni u anke tal-Fariżej li kienu “sikwit isumu u joqogħdu jitolbu” (Lq 5:33). Innutaw li l-ilment mhuwiex għaliex dawn jieklu żżejjed, u jixorbu u jkunu fis-sakra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:6b-15
Salm: 144 (145):17-18,19-20,21

L-Evanġelju: Lq 6:1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »