Arkivji mensili: Settembru 2024

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3:1-9
Salm: 32 (33):12-13,14-15,20-21

L-Evanġelju: Lq 4:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »

Laqgħu kliemu sal-mument li ma daqqilhomx – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). Din kienet l-ewwel reazzjoni tan-nies dak inhar li Ġesù daħal fis-sinagoga, tawh il-ktieb tal-Profeta Isaija, u hemm sab dik is-silta li qara u li applikaha għalih. Kienet silta li titkellem fuq il-missjoni tiegħu.

In-nies semgħuh u lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu bil-kliem mimli ħlewwa tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 2:10b-16
Salm: 144 (145):8-9,10-11,12-13ab,13ċd-14

L-Evanġelju: Lq 4:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Mill-abbundanza tal-qalb – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Apap Institute, Santa Venera

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhux indaf” (Mk 7:2). Dan hu l-ilment li jagħmlu l-Fariżej u xi wħud mill-kittieba lil Ġesù fuq id-dixxipli tiegħu. Qagħdu jinnutawhom, u ndunaw li dawn kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhux indaf, jiġifieri mhux maħsulin.

Issa meta aħna nħarsu lura lejn dawn is-snin li għaddew, żgur li tolqotna kemm huwa importanti li naħslu idejna qabel l-ikel u f’mumenti oħra, biex inħarsu s-saħħa tagħna u biex ma nxerrdux mikrobi… Kompli aqra »

Mill-pjagi tinbet ħajja ġdida – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk t'Assisi, il-Qawra

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ngħid għalija ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu li bih id-dinja hija msallba għalija u jien għad-dinja” (Gal 6:14). Dan il-kliem mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Galatin għexu San Franġisk matul il-mixja ta’ ħajtu, bl-għażliet li għamel kontinwament, u hu kliem li ġie ssiġillat b’mod speċjali bl-għoti tal-Istimmati – il-pjagi li hu rċieva fuq il-Muntanja La Verna madwar sentejn qabel ma miet… Kompli aqra »

“Grati għall-ħidma ta’ Dun Anġ”

Fr Cyril Axelrod (it-tieni mix-xellug) flimkien ma’ Dun Anġ Seychell (It-tielet mix-xellug). Nota ta’ apprezzament minn Dun Martin Micallef

Dun Anġ Seychell kien saċerdot intelliġenti, eżemplari u b’kuxjenza soċjali kbira li dehret l‑aktar meta għażel li jiftaħ id‑dar tiegħu stess biex jospita persuni b’diżabilità. Hu xtaq joffri lil dawn il‑persuni l‑opportunità li jgħixu f’dar fil‑komunità fejn jistgħu jgħixu ħajja indipendenti li tirrispetta d‑drittijiet u d‑dinjità tagħhom. Dun Anġ irnexxielu li minn dar waħda jiftaħ erbat idjar f’raħal twelidu fiż‑Żejtun… Kompli aqra »

Illum il-Papa Franġisku jitlaq għall-itwal Vjaġġ Appostoliku tiegħu

Lejlet il-45 Vjaġġ Appostoliku internazzjonali tiegħu, il-Papa Franġisku aktar kmieni llum żar il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma biex jitlob quddiem l-ikona tal-Verġni  Marija, Salus Populi Romani, fejn fada f’idejha l-vjaġġ tiegħu fl-Indoneżja, Papua New Guinea, Timore Leste, u Singapore.

Dan il-vjaġġ ta’ Franġisku fi tliet pajjiżi Asjatiċi u wieħed fl-Oċeanja, bejn għada 2 u t-13 ta’ Settembru, se jkun l-itwal wieħed fil-pontifikat tiegħu… Kompli aqra »

Niċċelebraw id-deċiżjoni t’Alla li joħloq

As the Church celebrates the World Day of Prayer for the Care of Creation on September 1, Indian Bishop Allwyn D’Silva, Chairman of the Federation of Asian Bishops Conferences’ Office of Human Development, reflects on the importance of praising God for His marvellous gift of Creation.

The World Day of Prayer for Creation takes place each year on September 1. Motivated by the rich tradition of the Eastern Church, this is both a moment to celebrate God’s loving decision to create, and a moment to reflect on how we have stewarded the great gift of creation… Kompli aqra »