Arkivji mensili: Settembru 2024

Il-Papa fl-Anġelus: Aħna msejħin ngħixu b’mod konsistenti fit-talb u l-prattika

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum fl-Evanġelju tal-Liturġija (cfr Mk 7,1-8.14-15.21-23), Ġesù jitkellem dwar dak li hu safi u dak li moqżież: argument ħafna għal qalb in-nies ta’ żmienu, marbut primarjament mal-osservanza tar-riti u tar-regoli tal-imġieba, biex ikun evitat kull kuntatt ma’ affarijiet u persuni meqjusin imniġġsa, u meta dan isir, ineħħu “t-tebgħa” (cfr Lev 11-15).  Kienet kważi ossessjoni ta’ wħud mir-reliġjużi ta’ dak iż-żmien: is-safa u l-impurità.  Xi skribi u fariżej, li kienu josservaw dawn in-normi bir-reqqa, jakkużaw lil Ġesù li qed jippermetti lid-dixxipli tiegħu jaqbdu l-ikel bla ma ħaslu jdejhom.  U Ġesù japprofitta ruħu minn din iċ-ċanfira tal-fariżej lid-dixxipli tiegħu biex jitkellem dwar it-tifsira “tas-safa”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 2:1-5
Salm: 118 (119):97,98,99,100,101,102

L-Evanġelju: Lq 4:16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Imbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 1 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella ta’ Apap Institute, Santa Venera

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Settembru

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:1-2,6-8
Salm: 14(15):2-3a,3ċd-4ab,5
It-Tieni Qari: Ġak 1:17-18,21b-22,27

L-Evanġelju: Mk 7:1-8,14-15,21-23

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »