Arkivji mensili: Settembru 2024

L-Arċisqof se jieħu sehem fit-tieni sessjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan

L‑Arċisqof Charles Scicluna llum ħalla Malta għall-Vatikan sabiex ikompli jagħti sehmu fis-Sinodu tal‑Isqfijiet dwar is‑Sinodalità li se jsir bejn it-2 u s-27 ta’ Ottubru li ġej. Hu wieħed mill-464 parteċipant mid-dinja kollha fejn se jkollhom l-opportunità jisimgħu, jirriflettu u jitolbu dwar il‑ġid tal‑ħidma pastorali tal‑Knisja.

It-tieni u l-aħħar sessjoni tas-Sinodu se jkunu mibnija fuq dak li ħareġ mill-ewwel sessjoni tas-Sinodu s-sena li għaddiet… Kompli aqra »

Il-Papa jkeċċi 10 persuni wara investigazzjoni fil-Perù mill-Arċisqof Scicluna

Ritratt: Miguela Xuereb

Il-Papa Franġisku keċċa 10 persuni wara li minn investigazzjoni mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna, ġew żvelati abbużi ta’ naturi differenti fil-moviment Kattoliku Sodalitium Christianae Vitae (Sodalità tal-Ħajja Nisranija – SDV), fil-Perù.

Din it-tkeċċija ta’ 10 persuni fosthom isqof, saċerdoti kif ukoll lajċi, ġiet wara li x-xahar li għadda, il-fundatur ta’ SDV Luis Fernando Figari Rodrigo tkeċċa mill-SDV skont il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 11:9 – 12:8
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9:43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.”

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »

Il-Papa lill-awtoritajiet ċivili: il-Belġju jista’ jgħin l-Ewropa biex trawwem il-paċi

Il-Papa jinsab fi żjara l-Belġju

Il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika messha tistħi u għandha titlob maħfra fid-dawl tal-abbużi sesswali fuq it-tfal.

Hu qal dan f’indirizz lill-awtoritajiet Belġjani, fi żjara appostolika fil-Belġju.

“Il-Knisja għandha tirrisolvi s-sitwazzjoni b’umiltà Nisranija u tagħmel kull sforz biex dan ma jerġax iseħħ,” qal il-Papa. Hu kompla li l-abbuż mill-membri tal-kleru jħammar wiċċ il-Knisja. Għaldaqstant, hu insista li l-Knisja ma tistax iġġib skużi, anke jekk il-maġġoranza tal-abbużi jseħħu fil-familji u fl-iskejjel… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku bi żjara fil-Lussemburgu u l-Belġju

Inqas minn ħmistax wara l-aħħar Vjaġġ Appostoliku storiku tiegħu fl-Asja u l-Oċeanja, il-Papa Franġisku għada se jħalli Ruma għal vjaġġ ieħor internazzjonali, is-46 wieħed barra mill-Italja, bit-tema tal-paċi u t-tama “fi żmien li fih il-kontinent qed jirriskja li jispiċċa mill-ġdid f’kunflitt”.

Bejn is-26 u d-29 ta’ Settembru, f’Lussemburgu u l-Belġju, Franġisku se jindirizza diversi temi, fosthom il-paċi, il-migrazzjoni, il-kwistjoni urġenti tal-klima, u l-futur taż-żgħażagħ, waqt li se jiffoka wkoll fuq kwistjonijiet ekkleżjali, inkluż ir-rwol tal-Kristjaneżmu fis-soċjetajiet immarkati mis-sekularizzazzjoni, u s-sehem tal-edukazzjoni Nisranija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 3:1-11
Salm: 42 (43):1,2,3,4

L-Evanġelju: Lq 9:18-22

Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.”

Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

Il-ġenituri u n-nanniet huma eżempju ċar ta’ qadi – L-Arċisqof

Quddiesa fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija ta’ Lourdes f'Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd” (Mk 9:35). Din il-kelma  Ġesù jgħidha lill-għeżież tiegħu. Lid-dixxipli l-iżjed qrib tiegħu. Jgħidhielhom id-dar, meta waslu Kafarnahum. Kif tafu Ġesù trabba Nazaret,  imma meta kellu madwar 30 sena beda jgħallem u jipprietka u jfejjaq. Il-post fejn kien jgħix kien fuq il-baħar ta’ Tiberija jew din l-għadira kbira ta’ Ġeneżaret, f’post li jismu Kafarnahum… Kompli aqra »

“Iż-żerriegħa tal-mibegħda tinżera’ meta ma jkunx hemm paċi fil-qalb” – l-Isqof Galea-Curmi

L-Isqof Joseph Galea-Curmi qal li fejn ikun hemm nuqqas ta’ rispett lejn xulxin fis-soċjetajiet tagħna huwa minħabba li “ma jkunx hemm paċi fil-qalb,” li jwassal biex “niżirgħu żerriegħa ta’ mibegħda.”

Waqt intervista fuq Għal Kulħadd fuq RTK103, ġie mistoqsi dwar l-attakk riċenti fuq il-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-Ħamrun, u l-Isqof ikkummenta li għalkemm nitkellmu dwar il-ġlied u l-gwerer f’pajjiżi differenti, il-ħarsa ewlenija għandha tkun fuq dak li jsir fil-gżejjer Maltin stess… Kompli aqra »