Arkivji mensili: Settembru 2024

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 1:2-11
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9:7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.

Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ġesù jħarisna kontra l-qerq tax-xitan

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Dritt wara l-magħmudija tiegħu fil-Ġordan, “l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu” (Mt 4:1) – hekk jgħid il-Vanġelu ta’ Mattew. L-inizjattiva mhijiex tax-Xitan, imma ta’ Alla. Ġesù jmur fid-deżert biex jagħti widen għal tnebbiħa tal-Ispirtu s-Santu, mhux għax jaqa’ f’xi nasba tal-għadu, le! Ladarba jkun għeleb din il-prova, hu – naqraw – jerġa’ lura l-Galilija “bil-qawwa tal-Ispirtu” (Lq 4:14)… Kompli aqra »

L-iskejjel tal-Knisja jilqgħu 20,000 student u edukatur għal esperjenza skolastika ġdida

Madwar 17,000 student u iktar minn 3,000 edukatur bdew is-sena skolastika f’waħda mill-iskejjel tal-Knisja fil-livelli tal-kindergarten, il-primarja, is-sekondarja u s-sitt sena post-sekondarja.

Din hi l-ewwel esperjenza fi skola tal-Knisja għal madwar 120 edukatur. Bħala parti mill-proċess ta’ tħejjija, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika mexxa laqgħat għal dawn l-edukaturi, b’enfasi fuq kif edukazzjoni ta’ kwalità u r-rispett lejn id-dinjità ta’ kull bniedem jistgħu jgħinu biex itejbu ħolistikament il-ħajja tal-istudenti u ta’ kull membru fil-komunità tal-iskola… Kompli aqra »

Tliet Maltin jirrappreżentaw il-Knisja f’Malta f’konferenza fi Spanja dwar iż-żgħażagħ u l-edukaturi

Tliet Maltin li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-edukaturi rrappreżentaw il-Knisja Maltija waqt laqgħa tal-Kunsill tal Konferenzi tal Isqfijiet Ewropej (CCEE) li saret f’Santiago de Compostela fi Spanja bejn id-19 u t-22 ta’ Settembru.

L-attività bit-tema “Iż-żgħażagħ jifirħu bit-tama: xhieda ta’ Kristu fl-Ewropa tal-lum” laqqgħet diversi membri tal-kummissjoni taż-żgħażagħ fi ħdan is-CCEE, żgħażagħ, edukaturi, rappreżentanti universitarji u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-vokazzjonijiet.

F’isem Malta pparteċipaw Maria Emma Buhagiar li rrappreżentat liż-żagħżagħ, Silvana Cardona li rrappreżentat l-iżvilupp spiritwali fl-iskejjel, u Benjamin Flores Martin, id-Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

It-tajjeb m’għandniex naħbuh – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda” (Lq 8:16). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa, u jgħidu lill-folla. Hu kliem li n-nies jifhmuh, għax jekk int tixgħel musbieħ, tixegħlu biex tqiegħdu f’post fejn jista’ jagħti d-dawl. Għalhekk Ġesù jgħid li tqiegħdu fuq l-imnara, li kienet lampa medjevali li kienet tintuża biex tista’ tqiegħed il-musbieħ, u msiebaħ oħra, biex jistgħu jagħtu d-dawl… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 30:5-9
Salm: 118 (119):29,72,89,101,104,163

L-Evanġelju: Lq 9:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.

U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

Malti li jħaddem Etjopjan detenut jitkarrab biex jeħilsuh – Dun D’Amato

L-immigrant għandu vulnerabbiltà doppja

Persuna li tħaddem wieħed mill-ħames Etjopjani li bħalissa jinsabu miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni mar jitkarrab quddiem il-kamera jitlob biex ir-raġel jinħeles.

Dan l-episodju rrakkuntah id-Direttur tal-Kummissjoni Migranti Dun Anton D’Amato waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 li spjega kif il-persuna detenuta hija ta’ importanza kbira għal dan in-negozju taċ-ċittadin Malti.

Żied jgħid li l-komunità Etjopjana f’Malta li tlaħħaq madwar 700 ruħ, kienet ixxukkjata bl-arrest ta’ ħamsa minnhom, b’ħafna minnhom qed jibżgħu li jarrestaw lilhom ukoll u jkeċċuhom mill-pajjiż li ilhom jgħixu, jintegraw u jaħdmu fih għal kważi 20 sena… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Settembru 2024, 9:30am