Arkivji mensili: Settembru 2024

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 21:1-6,10-13
Salm: 118 (119):1,27,30,34,35,44

L-Evanġelju: Lq 8:19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.”

Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.” Kompli aqra »

L-istil tal-ħajja ta’ Ġesù – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kellu diversi diżappunti fil-ħajja. U f’dan l-Evanġelju hawn aktar minn diżappunt wieħed. L-ewwel wieħed hu meta kien qed ikellem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom minn xiex kien se jgħaddi: li se jgħaddi minn tbatija kbira, joqtluh, u wara tlett ijiem iqum mill-mewt. U r-reazzjoni tagħhom kienet li d-dixxipli “ma fehmhux” (Mk 9:32). L-Evanġelju jgħid: ma fehmuhx, imma wkoll beżgħu jistaqsuh.

Imma d-diżappunt kien ikbar għal Ġesù meta hu ntebah li waqt li hu kien qed jgħidilhom b’dak li kien se jgħaddi minnu, huma fuqiex kienu qegħdin jitkellmu? … Kompli aqra »

Fondazzjoni Sebħ b’servizzi ta’ €3 miljuni biex tgħin lil nisa vulnerabbli, tfal u familji

L‑entità tal‑Knisja Fondazzjoni Sebħ qed tbassar li għandha bżonn madwar €3 miljuni sal‑aħħar ta’ din is‑sena biex tkompli tkun raġġ ta’ tama għal persuni vulnerabbli fis‑soċjetà fosthom tfal u familji, kif ukoll nisa u tfal li jixtiequ joħorġu jew ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza.

Id‑Direttur ta’ Sebħ, Yvonne Mallia tefgħet dawl fuq il‑ħidma siekta iżda fejjieda ta’ Fondazzjoni Sebħ u qalet li biex is‑sena li għaddiet setgħet tkompli ssostni s‑servizzi kollha tagħha, intefqu madwar €2.4 miljuni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-veru setgħa hi li wieħed jieħu ħsieb id-dgħajjef, b’hekk jikber!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum (Mk 9,30-37) ikellimna dwar Ġesù li jħabbar dak li kellu jiġri fi tmiem ħajtu: “Bin il-bniedem – jgħid Ġesù – se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt” (v. 31).  Waqt li kienu mexjin wara l-Imgħallem, però, f’moħħ u f’fomm id-dixxipli kienet għaddejja xi ħaġa oħra.  Meta Ġesu jitlobhom jgħidulu x’kienu qed jiddiskutu, huma ma jweġbux… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 3:27-34
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Lq 8:16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl. Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! … Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju u żewġ żgħażagħ Maltin jattendu għal konferenza dwar il-Mediterran

L-Isqof Awżiljarju flimkien maż-żgħażagħ Maltin, mal-patrijiet Dumnikani u ma’ membru tal-MUSEUM

Mark Miruzzi u Giulia Buhagiar huma ż-żewġ żgħażagħ Maltin li attendew għal konferenza ta’ ġimgħa bl-isem ta’ MED24 organizzata f’Tirana l-Albanija mill-Knisja Kattolika. Għal din il-konferenza pparteċipaw 50 żagħżugħ u żagħżugħa mill-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet tar-reġjun Mediterranju.

Matul il-laqgħat iddiskutew diversi temi fost il-paċi, id-djalogu interreliġjuż u kulturali id-dinjità umana kif ukoll il-migrazzjoni… Kompli aqra »

Franġisku dwar il-korruzzjoni

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Corruption involves the abuse of entrusted power for private gain by individuals or institutions in the public and private sectors.It comes in many shapes and forms, such as bribery, embezzlement, kickbacks, double dealing, money laundering and fraud.

Pope Francis has consistently addressed the issue of corruption, accentuating its destructive impact on individuals and society. He describes corruption as a “grave sin” that not only harms personal integrity but also threatens the very foundations of social life… Kompli aqra »

L-arma tal-bniedem ġust hi s-sabar – L-Arċisqof

Quddiesa fis-60 anniversarju mit-twaqqif tal-Istitut Sekulari Spigolatrici della Chiesa f’Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm żewġ mumenti fl-Evanġelju tal-lum, meta d-dixxipli isibu ruħhom f’diffikultà kbira. Jerġgħu jisimgħu lil Ġesù jitkellem, dwar il-persekuzzjoni tiegħu: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt” (Mk 9:31). Ma jitkellimx biss dwar il-persekuzzjoni tiegħu, imma wkoll dwar din il-ħaġa straordinarjament ġdida, li xi ħadd wara tlitt ijiem iqum mill-mewt. L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna, li “ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh” (Mk 9:32)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 22 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »