Arkivji mensili: Settembru 2024

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:1-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,28

L-Evanġelju: Lq 7:36-50

F’dak iż-żmien, wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

“Kulma ħalaq Alla huwa tajjeb” – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq l-20 anniversarju mit-twaqqif ta' Drachma LGBTI

  Mount St Joseph, Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illejla smajna l-Evanġelju fejn Ġesù juża l-kelma ‘drakma’, l-istess kelma li 20 sena ilu kienet ispirazzjoni biex jinbeda dan il-grupp u l-persuni LGBTIQ+ kif ukoll l-ġenituri tagħhom ikollhom xi ħaġa li tgħaqqadhom. Id-‘drakma’ hija xi ħaġa prezzjuża, hija xi ħaġa ta’ min ifittixha u li meta ssibha tagħmel festa. Hija wkoll stedina biex tgħix ħajtek b’mod rikonċiljat u f’imħabba matura… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Rajt fidi ħajja u ferrieħa fl-Asja u l-Oċeanja

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellem fuq il-Vjaġġ Appostoliku li għamilt fl-Asja u l-Oċeanja. Jissejjaħ vjaġġ appostoliku għax mhux vjaġġ turistiku, imma hu vjaġġ biex inwasslu l-Kelma tal-Mulej, biex nuru min hu l-Mulej, anki biex insiru nafu l-qalb u r-ruħ tal-popli. U din hi ħaġa sabiħa ħafna.

Kien Pawlu VI, fl-1970, l-ewwel Papa li ried jivvjaġġa lejn mnejn titla’ x-xemx, u żar fit-tul il-Filippini u l-Awstralja imma waqaf ukoll għal ftit f’diversi pajjiżi Asjatiċi u fil-Gżejjer Samoa… Kompli aqra »

Il-Papa liż-Żgħażagħ: Il-Mediterran m’għandux jibqa’ ċimiterju

Migrants attempting to cross the Mediterranean  (ANSA)

Pope Francis sends a video message to young participants of the Med24 Meeting in Tirana, encouraging them to be stewards of peace, unity, and fraternity.

In a video message to the participants of the Meeting “Med24” taking place in Tirana, entitled “Pilgrims of Hope, Builders of Peace,” Pope Francis on Tuesday alluded to the theme of the upcoming Jubilee Year, and reminded the young people of Albania and the wider Mediterranean region of their responsibility and role in shaping the future of their communities… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:31 – 13:13
Salm: 32 (33):2-3,4-5,12 u 22

L-Evanġelju: Lq 7:31-35

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’ 

Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’… Kompli aqra »

“Ejjew naħdmu biex ikollna soċjetà, li meta tiltaqa’ mat-tbatija ma ddawwarx wiċċha, imma xxammar il-kmiem.” – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ngħid għalija, ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu” (Gal 6:14). Dan il-kliem li San Pawl jikteb lil ħutu l-Galatin, u li bih jikkonkludi l-ittra tiegħu lilhom; joqgħodu sew fuq il-fomm tal-qaddis serafiku San Franġisk. “Ngħid għalija, ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu” (Gal 6:14) Franġisk ta’ Assisi, ħaddan is-salib, kull meta ħaddan lil ħutu bil-ġuħ, bil-lebra, bl-ansjetà, u bil-għatx għall-paċi… Kompli aqra »

Laqgħat għal dawk li jikkontribwixxu biex jitħares il-patrimonju kulturali tal-Knisja

L-Uffiċċju tal‑Immaniġġjar tal‑Kollezzjonijiet Artistiċi qed jorganizza sensiela ta’ taħdidiet għall-voluntiera u impjegati li jaħdmu f’mużewijiet tal-Knisja. Il-laqgħat jibdew nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru fis-6pm fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Il-pubbliku hu mistieden jattendi u d-dħul hu b’xejn.

Il-laqgħat se jkunu maqsuma fuq sitt sessjonijiet ta’ darba fix-xahar u jservu wkoll biex l-operaturi tal-wirt kulturali jikbru mil-lat professjonali. Dawn se jservu ta’ spazju biex il-parteċipanti jaqsmu l-ideat u jitgħallmu minn xulxin, u jingħataw għodod biex jieħdu ħsieb aħjar l-wirt kulturali ekkleżjali waqt li jirrikonoxxu l-ħtiġijiet uniċi ta’ kull mużew tal-Knisja… Kompli aqra »

ECHO, it-Tama Tiegħu: Kamp tal-Fidi miż-Żgħażagħ tal-Oratorju MSSP

“Għax jien naf il-pjanijiet li għandi għalikom,” jiddikjara l-Mulej, “pjanijiet ta’ ġid u mhux ħsara, li nagħtikom ġejjieni mimli tama.”

Dawn il-kliem mill-iskrittura kienu l-aħħar ftit kliem li baqgħu jidwu bħal eku waqt kamp tal-fidi li ġie organizzat mill-MSSP Oratory Youth fil-bidu ta’ Settembru. Il-kamp annwali, din is-sena, ħa t-tema tat-tama. ‘ECHO: It-tama tiegħu’ ma kienx biss dwar li jifhmu l-kunċett tal-valur intrinsiku tat-tama fuq livell personali iżda kien ukoll preparazzjoni għall-Ġublew tat-Tama s-sena d-dieħla – ċelebrazzjoni tal-fidi u tiġdid… Kompli aqra »