Arkivji mensili: Settembru 2024

Il-mexxejja tas-Sinodu jippreżentaw id-dettalji tal-Assemblea Ġenerali ta’ Ottubru

Press conference to present the second session of the Synod  (Vatican Media)

Cardinals Grech and Hollerich, along with Father Costa and Monsignor Battocchio, outline the details of the October General Assembly of the Synod in a Vatican briefing moderated by the Prefect of the Dicastery for Communication. The Pope will preside over a penitential celebration with testimonies from victims of abuse, war, and indifference to migration… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:12-14,27-31a
Salm: 100 (101:1-2ab,2ċd-3ab,5,6

L-Evanġelju: Lq 7:11-17

F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!” Resaq, u mess it-tebut… Kompli aqra »

L-istatwa ta’ San Gejtanu titbierek mill-Papa; il-baned tal-Ħamrun b’prestazzjoni storika

Ritratti: Frank Zammit/Joseph Galea

L-istatwa titulari ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun ġiet imbierka mill-Papa Franġisku u mbagħad ħarġet mill-Bażilika ta’ San Pietru akkumpanjata minn mużika li ndaqqet mill-każini tal-banda tal-Ħamrun stess is-Sibt.

Il-pjazza ewlenija tal-Vatikan kienet mimlija devoti tal-qaddis, inklużi Maltin li siefru Ruma speċifikament biex jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ storiku.

Wara talb mill-Papa, l-istatwa nġarret fil-Knisja ta’ Santa Maria di Transpontina, Knisja mmexxija mill-Karmelitani fil-Via della Conciliazione ta’ Ruma… Kompli aqra »

115 sena mill-ftuħ tal-Mużew f’Ħal Tarxien

Bejn is-6 u t-13 ta’ Settembru 2024 ġie mfakkar il-115 -il anniversarju mill-ftuħ tal-Qasam f’Ħal Tarxien. Kien fis-6 ta’ Settembru 1909 meta nfetħet l-ewwel dar għat-tagħlim f’Ħal Tarxien mmexxija mill-SDC bi Spiridione Spiteri jkun l-ewwel superjur tal-lokal. Dan l-avveniment ġie mfakkar mat-tfal u l-adolexxenti kollha li jattendu fil-Qasam permezz ta’ filmat awdjo-viżiv li jirrakkonta l-istorja tal-ewwel mitt sena tal-Qasam u anke mal-ħbieb u l-benefatturi tal-MUSEUM permezz ta’ barbeque fil-bitħa tal-Qasam… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Kollox jinbidel jekk lil Ġesù nkunu nafuh verament!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jirrakkuntalna li wara li kien saqsa lid-dixxipli x’jaħsbu n-nies dwaru, Ġesù jsaqsi direttament lilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” (Mk 8,29).  Pietru jwieġeb f’isem il-grupp kollu u jgħid: “Inti l-Messija”.  Madankollu, meta Ġesù beda jitkellem dwar it-tbatija u l-mewt li kienu jistennewh, Pietru stess ilumu u Ġesù jċanfru bl-aħrax: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan – xitan, jgħidlu –  għax m’intix taħseb fil-ħwejjeġ ta’ Alla, imma f’dawk tal-bnedmin!” (V… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 11:17-26,33
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Lq 7:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga.”

Ġesù mar magħhom, u ma kienx ’il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma’ xi ħbieb: “Sinjur, toqgħodx tinqala’, għax jien ma jistħoqqlix li int tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess… Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: inħallu l-imħabba tmexxina, u nsalvaw

Quddiesa fl-24 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illum ippermettuli nibda mill-aħħar, mill-mistoqsija li Ġesù għamel lil kull wieħed u waħda minna. Fil-fatt sejjaħ lin-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u għamel appell lill-umanità kollha, anke lil dawk li ma kinux qegħdin isegwu: “X’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha mbagħad jitlef ħajtu?” (Mk 8:36) Donnu Ġesù qed jagħmel differenza bejn il-ġid ta’ din id-dinja — li tikseb id-dinja kollha — u ħajtek… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 15 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, San Pawl il-Baħar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »