Arkivji mensili: Novembru 2024

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10:8-11
Salm: 118 (119):14,24,72,103,111,131

L-Evanġelju: Lq 19:45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin.” U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

100 sena mit-talba ‘Vestis Honoris’

Fl-anniversarju tal-100 sena tat-talba miktuba minn San Ġorġ Preca, Vestis Honoris (Libsa ta’ Ġieħ), is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija ċċelebrat din l-okkażjoni b’ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament lil Alla u lil Madonna fil-Kolleġġjata  tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, 2024, il-membri u l-kandidati kollha ta’ Malta inġabru biex jirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li San Ġorġ Preca kien ispirat li jikteb dan l-innu ta’ ġieħ lill-Madonna quddiem ix-xbiha tal-kwadru titulari tal-Kunċiżżjoni fl-istess Kolleġjata… Kompli aqra »

Niżirgħu t-tama – L-Isqof Galea-Curmi

Il-messaġġ fil-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana 2024

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana

Eċċellenza u ħuti, insellmilkom lilkom ilkoll miġburin għall-Assemblea Djoċesana din is-sena, u nsellem lil dawk kollha li qed isegwuna bħalissa online.

Għandi f’idejja hawnhekk diskors bit-titlu “Attitudni ta’ Knisja u Dixxerniment”. Tgħiduli: dak żgur meħud mid-dokument finali tas-Sinodu li sar f’Ottubru li għadda fuq is-sinodalità, jew mid-diskors tal-Papa Franġisku! Fil-fatt hu ftit iktar antik. Dan hu d-diskors li kien għamel fl-14 ta’ Ġunju 2001, Patri Arthur Vella, Ġiżwita, li ngħożżu l-memorja tiegħu, proprju fl-ewwel laqgħa tal-Assemblea tas-Sinodu Djoċesan ta’ Malta, biex jagħti direzzjoni lill-ħidma tas-Sinodu f’Malta… Kompli aqra »

Il-Papa jħabbar summit tal-Vatikan fl-2025 għad-drittijiet tat-tfal

Pope Francis’ weekly General Audience on November 20 fell on International Day for the Rights of Children and Adolescents, which is dedicated to improving children’s welfare worldwide.

During the audience, the Pope announced a summit, the World Meeting on Children’s Rights, to be held at the Vatican on February 3, 2025.

The Pope greeted a group of about 100 children from the Community of Sant’Egidio present in St… Kompli aqra »

Il-Papa jħabbar id-data tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis

Il-Papa Franġisku ħabbar meta se jkun qed jiġi kanonizzat il-beatu żagħżugħ Carlo Acutis. Waqt l-Udjenza Ġenerali hu qal li l-kanonizazzjoni se ssir waqt il-Ġublew tat-Tama b’enfasi fuq l-Adoloxxenti bejn il-25 u s-27 t’April tal-2025.

Huwa ħabbar ukoll d-data ta’ meta se jsir qaddis Pier Giorgio Frassati. Dan se jiġi kanonizzat bejn it-28 ta’ Lulju u t’3 t’Awwissu 2025 waqt il-Ġublew taż-Żgħażagħ. Dan jibqa’ magħruf għall-karattru ċajtier tiegħu, l-imħabba għall-atletika, l-attiviżmu politiku u fuq kollox għal kemm kien jippromwovi l-virtujiet ma’ sħabu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2:14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku

Missio Malta, f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qed tniedi Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku, pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa fuq id-dinja affaxxinanti tal-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta u Għawdex.

Stmati li huma madwar 300 b’kollox, il-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta, Għawdex, u Kemmuna, għandhom storja importanti x’jirrakkontaw, hekk kif huma xhieda ta’ kapitlu sħiħ fil-wirt storiku rurali ta’ Malta. Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku se jipprovdi lill-viżitaturi b’mawra virtwali dettaljata ta’ dawn il-ġawhar, li se jkun aċċessibbli fuq kull apparat… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-kariżmi huma rigali tal-Ispirtu s-Santu għall-għaqda u s-servizz

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ċiklu ta’ Katekeżijiet. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 14. Id-doni tal-Għarusa. Il-kariżmi, doni tal-Ispirtu għall-ġid ta’ kulħadd

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar tliet katekeżijiet tkellimna fuq il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li jqaddes u li titwettaq fis-sagramenti, fit-talb u billi nimxu fuq l-eżempju tal-Omm ta’ Alla. Imma nisimgħu x’jgħid test famuż tal-Konċilju Vatikan II: “L-Ispirtu s-Santu mhux biss iqaddes u jmexxi l-poplu ta’ Alla bis-sagramenti u l-ministeri u jżejnu bil-virtujiet, iżda jqassam ukoll id-doni tiegħu ‘lil kull wieħed kif jogħġbu’ (1 Kor 12:11)” (Lumen gentium, 12)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »