Yearly Archives: 2024

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Fost provi u ‘maltempati’, inżomm ma’ Kristu?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna lil Ġesù fuq id-dgħajsa flimkien mad-dixxipli fl-għadira ta’ Tiberijade. F’daqqa waħda tinqala’ tempesta kbira u d-dgħajsa tkun fil-periklu li tegħreq. Ġesù, li kien rieqed, qam, ordna lir-riħ biex jieqaf u kollox ikkalma (ara Mt 4: 35-41).

Imma fil-fatt Hu ma qamx, qajmuh! Kienu d-dixxipli maħkumin mill-biża’ li qajmuh. Lejliet filgħaxija kien Ġesù stess li qal lid-dixxipli biex jaqbdu d-dgħajjes u jaqsmu l-għadira… Kompli aqra »

Ġabra speċjali għall-karità tal-Papa Franġisku 2024

F’kull parroċċa f’Malta, nhar is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ Ġunju se ssir ġabra speċjali sabiex tgħin lill-Papa Franġisku jkompli jgħin lill-persuni fil-bżonn f’kull rokna tad-dinja u jkompli jmexxi l-Knisja.

B’din il-ġabra nkunu qed nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. 

L-appell hu biex fil-ġabra nkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa Franġisku u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna l-Maltin f’April li għadda… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

San Ġwann il-Battista: xempju ta’ umiltà – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Inroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni!” (Salm 138:14). Din l-espressjoni sabiħa mis-Salm 138, toqgħod tassew tajjeb fuq il-fomm ta’ Ġwanni l-Battista, fil-jum li fih niċċelebraw it-twelid tiegħu. Is-Sinjal li ngħata lil omm Ġesù, fit-tħabbira tal-anġlu, kienet li omm Ġwanni, Eliżabetta, kienet tqila; hi li kienet sterili, u ma setax ikollha tfal. U l-anġlu jgħid lil Marija: “Ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lk 1:37)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fis-Solennità ta’ San Ġwann il-Battista – 23 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 38:1,8-11
Salm: 106(107):23-24,25-26,28-29,30-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:14-17

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Darba, filgħaxija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 24:17-25
Salm: 88 (89):4-5,29-30,31-32,33-34

L-Evanġelju: Mt 6:24-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.

Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »