Yearly Archives: 2024

Nistennewk…

Is-Sibt 30 ta’ Novembru 2024, ittellgħet laqgħa bi preparazzjoni għaż-żmien sabiħ tal-Milied għall-adolexxenti kollha li jattendu fl-oqsma ta’ Malta flimkien mal-familji tagħhom. Din l-attività bit-tema ‘Nistennewk…’ saret fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda. Permezz ta’ filmati u innijiet, dawk li attendew setgħu jirriflettu fuq iż-żmien ta’ stennija li għandu jwassalna għall-festa sabiħa tat-twelid ta’ Ġesù Bambin, nhar il-Milied. Fi tmien il-laqgħa tqassmet tifkira tal-okkażjoni.

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

San Ġwann Diegu Cuauhtlatoatzin – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35:1-10
Salm: 84 (85), 9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 5:17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

L-Immakulata Kunċizzjoni hi mera tal-qdusija – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni u t-Tieni Ħadd tal-Avvent bil-kandidatura ta' seminarista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna r-rakkont tat-tnissil ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ ommu Marija. Ir-rakkont tat-tnissil tal-Iben jitfa’ dawl fuq it-tnissil tal-omm. Dan għaliex fl-Evanġelji ma nsibux rakkont jew narrattiva tat-tnissil ta’ Marija li qed niċċelebraw illum. Illum qed niċċelebraw it-tgħanniqa ta’ mħabba ta’ ommha u missierha Anna u Ġwakkin. Minn dik it-tgħanniqa ta’ mħabba titnissel tarbija. Hemm l-intervent tal-ġenituri; imma llum qed niċċelebraw ukoll dak il-mument storiku, uman, mimli mħabba bejn il-miżżewġin; intervent speċjali, uniku, irrepetibbli ta’ Alla; intervent dirett… Kompli aqra »

“Suldat ġie fuqi biex niekol magħhom wara li spiċċa r-Ramadan” – L-Arċisqof Alfred Xuereb

Mir-Rabat Għawdex għar-Rabat tal-Marokk.

Newsbook Malta poġġa mal-Arċisqof Alfred Xuereb, in-Nunzju Appostoliku tal-Marokk biex jitkellem dwar kif għex din l-aħħar sena f’dan l-irwol il-ġdid.

Fil-5 ta’ Jannar li għadda 2024, wara ħames snin Nunzju Appostoliku fil-Korea t’Isfel u fil-Mongolja, huwa ntbagħat il-Marokk, li għalih kien post kompletament ġdid. Mal-ewwel ħassu milqugħ u qal li hemmhekk in-nies dħulin waqt li rrakkonta esperjenza li fiha suldat mar jiġri għal fuqu eżatt malli ntemm ir-Ramadan biex miegħu jaqsam l-ikel li kellhom huma… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni bil-kandidatura – 8 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20
Salm: 97:1-4
It-Tieni Qari: Efes 1:3-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

“Tiġġudikawniex” – jgħidu nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza lis-soċjetà

Nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza u li bbenefikaw mis‑servizzi ta’ appoġġ ta’ Fondazzjoni Sebħ, fetħu qalbhom dwar it‑trawmi li ffaċċjaw u enfasizzaw l‑importanza tal‑istabbiltà finanzjarja biex setgħu jaħarbu minn relazzjonijiet abbużivi.

Waqt li qasmu l‑esperjenzi ta’ abbuż li ġarrbu ma’ diversi stakeholders li jistgħu jagħmlu differenza f’dan il‑qasam, dawn in‑nisa għamlu appell urġenti biex jinbidlu l‑policies sabiex jingħata appoġġ aħjar lil nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza kif ukoll jipprevjenu l‑vjolenza… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30:19-21,23-26
Salm: 146 (147):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 9:35 – 10:1,6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »