Yearly Archives: 2024

Filmat: Isir ir-rit tar-Recognitio fil-Bażilika ta’ San Pietru

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru, il-Kardinal Mauro Gambetti, mexxa ċ-ċerimonja msejħa ‘Recognitio’.

Dan ir-rit isir sabiex tinkiseb lura ċ-ċavetta tal-bieb, li nhar l-24 ta’ Diċembru – f’Lejlet il-Milied – il-Papa Franġisku jkun jista’ jiftaħ il-Porta Santa biex jinawgura l-Ġublew tat-Tama.

Fiċ-ċerimonja tar-Recognitio li saret nhar it-2 ta Diċembru, kien hemm l-irkupru ta’ kaxxa tal-ħadid issiġillata li tkun impoġġija f’ħajt… Kompli aqra »

“Il-paċi trid iktar milli sempliċiment ma jkunx hemm gwerer” – L-Arċisqof Gallagher lill-OSCE

Ritratt – Miguela Xuereb

L-Arċisqof Paul Richard Gallagher appella lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) biex ma tinsiex l-iskop oriġinali tagħha u tenna li “l-paċi trid iktar milli sempliċiment niżguraw li ma jkunx hemm gwerer fid-dinja”.

L-Arċisqof Gallagher huwa s-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet mal-Istati u Organizzazzjonijiet Oħra u qed jattendi għal-laqgħa ta’ jumejn tal-OSCE li qed issir f’Malta.

Il-laqgħa qed issir qalb tensjoni kbira fid-dawl tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, il-protesti fil-Georgia u l-gwerer fil-Lvant Nofsani… Kompli aqra »

Kandidat ġdid għas-saċerdozju

Ritratt: Ian Noel Pace

Andrè Psaila, seminarista fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju, se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-festa tal-Kunċizzjoni, nhar il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru 2024, waqt il-quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent.

Il-quddiesa tibda fid-9:30am u se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u Radju RTK 103.

Andrè Psaila mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, se jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 29:17-24
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Mt 9:27-31

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien sejjer minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina!”. Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?”. Qalulu: “Iva, Mulej”. Imbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skont il-fidi tagħkom”… Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna: Kif is-sinodalità se tbiddel il-Kurja Rumana

Archbishop Charles Scicluna shares his candid reflections on the recent Synod on Synodality in an interview with America Magazine, a leading Catholic publication, and Vatican correspondent Gerard O’Connell. The discussion touches on key topics, including the role and involvement of women in the Church.

Archbishop Scicluna is the adjunct secretary of the Dicastery for the Doctrine of the Faith. He is well known for his work in combating the abuse of minors by clergy as the dicastery’s former chief prosecutor and for his special investigations into situations of abuse and cover-up worldwide… Kompli aqra »

Avviż

Għada l-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru 2024, il‑Kurja tal‑Arċisqof u l-Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa.

It‑Tribunal Ekkleżjastiku jiftaħ is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 2024. Il-Kurja tal-Arċisqof u l‑Uffiċċju Żwiġijiet jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn, 9 ta’ Diċembru 2024. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26:1-6
Salm: 117 (118):1 u 8-9,19-21,25-27a

L-Evanġelju: Mt 7:21,24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet. Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-omeliji għandhom jgħaddu l-messaġġ f’inqas minn 10 minuti

Dear brothers and sisters, good morning!

After having reflected on the sanctifying and charismatic action of the Spirit, we will dedicate this catechesis to another aspect: the evangelizing work of the Holy Spirit, that is, on the role of preaching in the Church.

The First Letter of Peter defines the apostles as “those who preached the good news to you [through] the holy Spirit” (cf… Kompli aqra »