Yearly Archives: 2024

“Inniżżlu l-għeruq tagħna fl-imħabba u fuqha nibnu ħajjitna” – L‑Arċisqof

Omelija fil-konsagrazzjoni tal-knisja

  Il-Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif għadna kif smajna fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li jissellef il-kliem tal-profeta Żakkarija: “Huma qagħad iħarsu lejn min nifdu.”(Ġw 19:37). Min hu dan ir-raġel minfud? Huwa l-imsallab Ġesù Kristu Sultan tal-Lhud li minflok kissrulu riġlejh bħala l-aħħar daqqa fl-eżekuzzjoni tiegħu, peress li kien diġà miet, fizzjal qabad lanza u nifend il-kustad tiegħu.

Aħna nħarsu lejh u fina wkoll isseħħ il-profezija ta’ Żakkarija u l-kelma li jirrepeti Ġwanni: “Huma qagħad jħarsu lejn min nifdu.” (Ġw 19:37)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 61:9-11
Salm: 1 Sam 2:1,4,2,8

L-Evanġelju: Lq 2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jagħti katekeżi lil 30 familja f’Ruma

Il-Papa Franġisku jagħti l-katekeżi f'Ruma

  Borgata Ottavia, Ruma

For his third appointment of the ‘School of Prayer’ preparing for the 2025 Jubilee, Pope Francis meets an unsuspecting group of about 30 families in a Roman condominium garage from a parish in the city’s western outskirts, and acknowledges that while fighting is normal, to try to make amends.

This time the venue was not a parish hall or theater, but rather a condominium garage with a gravel floor, brick walls, trees and ivy all around, with shutters hiding parked cars and residents peering from balconies… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ġunju

l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Hos 11:1,3-4,8ċ-9
Salm:  Is 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari:  Efes 3:8-12,14-19

L-Evanġelju: Ġw 19:31-37

Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.

Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Ġunju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 2:8-15
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,8-9,10 u 14

L-Evanġelju: Mk 12:28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa
ma’ Ġesù t-tama tagħna. 2. “Ir-riħ fejn irid jonfoħ”. Fejn hemm l-Ispirtu ta’ Alla hemm il-ħelsien.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi tal-lum nixtieq nirrifletti magħkom fuq l-isem li bih l-Ispirtu s-Santu huwa msejjaħ fil-Bibbja.

L-ewwel ħaġa li aħna nafu dwar persuna hija l-isem… Kompli aqra »

Ir-rivista ‘Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin’ issa tinsab ukoll online

Ir-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin issa tinsab ukoll onlajn fl-indirizz elettroniku www.habbar.cakmalta.org

Din ir-rivista reliġjuża-kulturali b’ispirazzjoni Franġiskana tinħareġ kull xahrejn mill-Provinċja Maltija tal-Franġiskani Konventwali.

L-aċċess għar-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin hu mingħajr ħlas u minbarra li wieħed jista’ jaqra artikli mill-aħħar ħarġa (dik ta’ Mejju-Ġunju) jista’ wkoll isib riżorsi dwar din ir-rivista, paġna dwar l-istorja tagħha, links interessanti u l-formula tal-abbonament f’każ li trid tibda tirċeviha d-dar bil-posta… Kompli aqra »