Yearly Archives: 2024

Il-Papa fl-Udjenza: Jalla x-xhieda għall-“ferħ tal-Vanġelu” ġġib il-paċi u t-tama

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, good morning!

After speaking about sanctifying grace and charisms, today I would like to take a look at a third reality linked to the action of the Holy Spirit: the “fruits of the Spirit”. Saint Paul offers a list of them in the Letter to the Galatians. He writes: “The fruit of the Spirit is love, joy, peace, patience, kindness, generosity, faithfulness, gentleness, self-control” (5:22)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 15:1-4
Salm: 97 (98):1,2-3ab,7-8,9

L-Evanġelju: Lq 21:12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

Sinjali ta’ Tama: L-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija

Ġiet organizzata l-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), fejn kien hemm ‘l fuq minn 150 persuna li pparteċipaw f’din l-attività li saret fl-Oratorju tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija fl-Imġarr.

Din l-attività seħħet is-Sibt 16 ta’ Novembru, fejn il-membri, il-voluntiera u l-ħaddiema attendew quddiesa u kellhom diskussjoni.

Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata minn Dun Frans Abdilla, Fr Reuben Gauci, Fr Martin Micallef, Fr Sean Abela u Fr Paul Chetcuti u d-diskussjoni li saret wara pparteċipaw fiha Dr Nadia Delicata u Fr Reuben Gauci, u tmexxiet minn Andreas Muscat, membru taż-ŻAK Imġarr… Kompli aqra »

Ippjana l-2025 bid-djarju u n-notebook tal-Arċidjoċesi

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2025 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja, u talba speċjali għal kull xahar tal-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat fl-2025. Id-djarju hu bil-Malti.

Din is-sena l-Arċidjoċesi qed toħroġ ukoll notebook, imfassal bil-ħsieb li jista’ jintuża kemm għall-impenji personali kif ukoll għal riflessjonijiet… Kompli aqra »

Bible & Beer fuq id-dipendenza: Nifhmu aktar dwar l-“għaliex”

Ftit tal-ġranet ilu saret it-tmien edizzjoni tas-sensiela MSSP Oratory Youth’s Bible & Beer li żvolġiet bħala lejla ta’ riflessjoni u ispirazzjoni. Dawk li attendew inġabru biex jesploraw it-tema tal-vizzju – kif drawwiet li jidhru żgħar, bħal scrolling kontinwu jew binge-watching, jistgħu jikbru u jaffetwaw is-saħħa mentali, ir-relazzjonijiet, u s-sens ta’ skop tagħna. 

Ir-riflessjonijiet ġew immexxija minn tliet kelliema li offrew għarfien dwar il-kumplessitajiet tal-vizzju.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14:14-19
Salm: 95 (96):10,11-12,13

L-Evanġelju: Lq 21:5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.”

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?” Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux… Kompli aqra »

Rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-mara – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum il-Kelma ta’ Alla, it-tifkira Liturġika li qed nagħmlu, kif ukoll il-ġurnata partikulari li qed ngħixu, jgħinuna biex nitfgħu ħarsitna fuq nisa partikulari.

Nibdew mill-Evanġelju. Ġesù jara waħda armla fqira. Żgur li ħadd ma kien jinnutaha u jagħtiha importanza ħlief Ġesù. Imma għalih, kif nafu, kull persuna importanti. Iktar u iktar meta tkun persuna li qed tbati, bħalma kienet l-armla fi żmien Ġesù – persuna li qed tbati minħabba s-sitwazzjoni tagħha… Kompli aqra »

Pubblikazzjoni ġdida minn Prof. Stanley Fiorini dwar l-Istorja Ekkleżjastika ta’ Malta

Professor Stanley Fiorini’s latest volume, The Landed Property of the Religious Orders in Malta 1600, will be launched on Tuesday, 10th December 2024, at 6:30 pm. The event will take place at The Immacolata Oratory, Jesuits’ Church, Valletta, and will feature addresses by distinguished scholars, including Prof. Petra Caruana Dingli and Rev. Dr. Nicholas Joseph Doublet.

Prof. Fiorini’s most recent publication in the Documentary Sources of Maltese History series published by the Archdiocese of Malta, dives into the fascinating history of ecclesiastical properties in Malta… Kompli aqra »