Il-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu XVI f’żewġ kotba Maltin
19/11/2024Il-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu XVI se jkunu l-qofol ta’ tnedija ta’ żewġ kotba li se ssir għada l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, fis-6:30pm.
Dakinhar se jiġi ppreżentat Il-Jiem Tiegħi ma’ Benedittu XVI, ktieb f’forma ta’ djarju, tal-Arċisqof Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Marokk, u eks-tieni Segretarju tal-Papa Benedittu XVI. Il-ktieb bil-Malti jiddeskrivi l-karattru profond u l-finezza spiritwali tal-mibki papa… Kompli aqra »