L-appuntament mal-Mulej f’mewtna se jkun mument ta’ mħabba u verità – L-Arċisqof
Quddiesa fit-Tmien Jum Dinji tal-Faqar
17/11/2024 Il-kappella tad-dar tal-anzjani tal-Knisja, Casa Leone XIII, San ĠiljanL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dan il-qari mill-Evanġelju ta’ San Mark, li qegħdin intemmu (is-sena d-dieħla, li nibdew ħmistax oħra, naqraw l-Evanġelju skont San Luqa) jitkellem dwar l-aħħar żminijiet. U Ġesù, qisu jinseġ żewġ affarijiet f’daqqa: it-tmiem ta’ Ġerusalemm, ta’ din il-belt tant għażiża għalih u għal-Lhud kollha, u tmiem id-dinja.
It-tmiem ta’ Ġerusalemm kienet xi ħaġa li qabel saret din it-traġedja kbira fis-sena 70WK, prattikament ftit inqas minn 40 sena wara l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, wara li qed jgħid dan id-diskors… Kompli aqra »