Afda fil-Mulej u agħmel it-tajjeb – L-Isqof Galea-Curmi lill-gradwati ġodda
Quddiesa mal-gradwati ġodda tal-Università ta' Malta
12/11/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Afda fil-Mulej u agħmel it-tajjeb” (Salm 37:3). Dan hu li għedna fis-salm illum, u dan hu li nixtieq nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież studenti li qed tiċċelebraw Jum il-Gradwazzjoni tagħkom. Hija din it-talba tiegħi: biex fil-ħajja tagħkom, u fil-professjoni tagħkom, tfittxu li jkollkom fiduċja fil-Mulej, tafdaw fih, u tagħmlu dejjem dak li hu tajjeb.
Qegħdin miġburin flimkien għall-Ewkaristija li hi ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament… Kompli aqra »