Yearly Archives: 2024

Quddiesa f’Jum it-Tifkira – 10 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 17:10-16
Salm: 145(146):7,8-9a,9bċ-10
It-Tieni Qari: Lhud 9:24-28

L-Evanġelju: Mk 12:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 2:13-23

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
“Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?”
Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

Abseiling u zipline għall-ġbir ta’ fondi għall-Missjonijiet Maltin

L-avveniment se jsir fid-9 u l-10 ta' Novembru

  Il-Pont tal-Mosta

Fid-9 u l-10 ta’ Novembru, Missio Malta, flimkien mal-Mosta Scout Group, qed jorganizzaw sfida ta’ adrenalina, fl-avveniment annwali ta’ Abseiling u Zipline li ser isir fuq il-Pont tal-Mosta. Waqt l-attività li tinsab fit-13-il edizzjoni tagħha, ser jinġabru fondi għall-Missjonijiet Maltin imxerrda madwar pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Afrika, l-Ażja u l-Amerika t’Isfel.

“Fil-passat, grazzi għal din l-attività, u l-impenn tal-voluntiera tal-Mosta Scout Group u Missio stess, wettaqna proġetti ta’ fejda, fejn wassalna l-ilma għand min ma kellux, tajna l-edukazzjoni lil eluf ta’ tfal, u bnejna sptarijiet fejn ma kienx hemm… Kompli aqra »

Jalla intom tkunu strumenti ta’ rikonċiljazzjoni fid-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa bil-gradwati ġodda tal-MCAST

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fis-Salm Responsorjali, jiġifieri f’dik it-talba li għamilna wara l-ewwel qari, flimkien tlabna hekk: “Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej” (Salm 105:3). Xi tfisser tfittex il-Mulej? Ħafna drabi, meta xi ħadd ikellimna fuq Alla, jew nieħdu qatgħa, jew nagħlqu widnejna. Biex ġej dan? Dawn mhux affarijiet tal-antik, kollha għanqbut? Imma mingħajr ma forsi nkunu nafu, kull darba li f’ħajjitna nfittxu dak kollu li hu tajjeb, dak kollu li hu veru, dak kollu li hu sabiħ; aħna nkunu qegħdin infittxu lil Alla, b’mod anonimu; imma fil-verità, u tassew… Kompli aqra »

L-HR tal-Kurja tal-Arċisqof jingħata għat-tieni darba l-HR Quality Mark

L-HR Team tal-Kurja tal-Arċisqof (xellug): Dorianne Caruana, Ruth D’Amato, Dr Rebecca Gatt, Odienne Magro u Christine Sciberras

Il-Kurja tal-Arċisqof irċeviet għat-tieni darba l-Marka ta’ Kwalità tar-Riżorsi Umani, li tirrikonoxxi l-professjonaliżmu u l-prattika tajba tal-funzjoni tar-Riżorsi Umani.

Il-premju ġie ppreżentat lil Dr Rebecca Gatt, Direttur tar-Riżorsi Umani, waqt il-konferenza annwali tal-FHRD. Dr Gatt enfasizzat is-sinifikat ta’ din il-kisba, u qalet: “Il-fatt li t-tim tal-HR reġa’ ġie mogħti l-Marka tal-Kwalità tar-Riżorsi Umani turi l-impenn tal-Knisja għal standards għoljin f’oqsma ewlenin tar-Riżorsi Umani, inklużi l-istrateġija, it-tħaddin tal-ħiliet tal-impjegati, l-involviment, l-iżvilupp tal-karriera, u t-trawwim ta’ relazzjonijiet pożittivi fuq il-post tax-xogħol.”

It-Tim tar-Riżorsi Umani hu ta’ servizz għall-Kurja tal-Arċisqof u t-Tribunali Ekkleżjastiċi kif ukoll jgħin entitajiet oħra tal-Knisja fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 3:17 – 4:1
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Lq 16:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal: ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

“Il-Mulej jirrispetta anke lil min jirrifjuta l-istedina tiegħu” – L-Arċisqof

Quddiesa għall‑erwieħ tas‑saċerdoti u r‑reliġjużi li mietu fl‑aħħar tnax‑il xahar

  Il-Katiral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina din il-parabbola pjuttost iebsa, bħala risposta għal qal xi ħadd: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla” (Lq 14:15). Din hija xi ħaġa li tfakkarna f’dak li ngħidu qabel nitqarbnu: “Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Mulej”.

Ma’ din il-Beatitudni tgħallimna nżewġu kliem iċ-Ċentirjun: “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi; iżda int għid kelma waħda” (Mt 8:8) u ruħi tkun imfejqa… Kompli aqra »