Il-Knisja tippubblika Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-minuri u l-adulti vulnerabbli
05/11/2024Il‑Knisja f’Malta u Għawdex ippubblikat Safeguarding Policy ġdida li tistabbilixxi standards ogħla għall‑entitajiet tal‑Knisja u li tpoġġi l‑wellbeing tal‑vittmi fiċ‑ċentru tax‑xogħol li jsir mis‑Safeguarding Commissions f’Malta u Għawdex.
Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll fil‑konfront ta’ lajċi impjegati jew voluntiera… Kompli aqra »