Yearly Archives: 2024

Il-Profeta Elija jgħallimna li bħal Alla m’hemm ħadd – L-Arċisqof

Quddiesa fit-80 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Elija Quddiesa f'Sta Venera

  Il-Kulleġġ ta' San Elija, Sta Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq nitkellem dwar l-hena. Kemm-il darba dan id-diskors mill-Evanġelju ta’ San Mattew, li għadna nsejħulu diskors tal-Beatitudnijiet, tal-hena, Ġesù jagħżel kategorija ta’ nies, u jsejħilhom ‘henjin’. Tajjeb li wieħed meta jkollu ċans jifli ftit min hu hieni skont Ġesù. Ħa ngħidilkom xi ħaġa li tista’ tgħinkom biex tiftakru f’dawn it-tmien barkiet. Ħafna drabi nħobbu ngħidu li s-salib tal-Kavallieri, imbagħad sar is-salib ta’ Malta, għandu tmien ponot għax ifakkarna f’dawn it-tmien barkiet li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju ta’ San Mattew… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6:1-9
Salm: 144 (145):10-11,12-13ab,13ċd-14

L-Evanġelju: Lq 13:22-30

F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: ‘Mulej, iftħilna!’ Iżda hu jweġibkom u jgħid: ‘Ma nafx mnejn intom.’ Imbagħad taqbdu tgħidulu: ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom: ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ’l barra… Kompli aqra »

Quddiesa għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li ħallewna fl-aħħar sena

Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina fis-6pm, se ssir quddiesa għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li mietu fl-aħħar tnax-il xahar.

Din il-quddiesa ssir kull sena fl-ewwel Tlieta ta’ Novembru bħala tifkira ta’ ħutna li ddedikaw ħajjithom għas-servizz tal-Mulej u tal-oħrajn. Fil-bidu jinqraw l-ismijiet tas-saċerdoti, il-patrijiet u s-sorijiet li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem minn Novembru li għadda.

Il-quddiesa se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

Laqgħa ta’ djalogu ma’ Fr James Hanvey SJ

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, Fr James Hanvey SJ se jkun qed jindirizza laqgħa ta’ djalogu bit-tema ‘F’Malta, kif nistgħu nkunu Knisja ta’ lajċi u kleru li naħdmu flimkien u bit-tama, minkejja l-isfidi‘. Din il-laqgħa se ssir mis-7pm sad-9pm fis-Sala tal-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara.

Fr James Hanvey hu teologu, awtur u direttur tal-irtiri. Għallem f’Heythrop College fl-Università ta’ Londra u kien Founding Director of the Heythrop Institute for Religion, Ethics and Public Life… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 5:21-33
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Lq 13:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha.”

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

Mibgħutin biex ixandru l-Aħbar it-Tajba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sejjaħ lejh lid-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax li semmiehom appostli” (Lq 6:13). Qegħdin nagħmlu llum il-festa ta’ tnejn minn dawn l-appostli – San Xmun u San Ġuda – u din is-silta mill-Evanġelju skont San Luqa turina l-għażla ta’ dawn it-tnax li Ġesù sejħilhom appostli. Hu kellu d-dixxipli, jiġifieri dawk li jimxu warajh, u kellu dawk li għażel minn fost id-dixxipli, it-tnax, li semmiehom appostli, kelma li tfisser “mibgħutin”… Kompli aqra »

‘Luce’: Il-mascot tal-Ġublew tat-Tama

Il-mascot tal-Ġublew 2025, jisimha “Dawl”, hu fuq it-tema tal-Ġublew, ‘Pellegrini tat-Tama. L-ilbies tal-mascot ‘Dawl’ hu dak tipiku tal-vjaġġatur: raincoat safra li jipproteġiha fil-maltemp, żarbun bit-tajn mill-mixja li għaddejja minnha, salib u bastun tal-pellegrini.

Għajnejn ‘Dawl’ huma kbar u jilmgħu hekk li jevokaw it-tama li titnissel fil-qalb tal-pellegrin u juru x-xewqa għall-ispiritwalità u r-rabta ma’ Alla, kif ukoll iwasslu messaġġ universali ta’ paċi u fraternità… Kompli aqra »

Sejħa għal kontribuzzjonijiet: aqsam l-esperjenzi u l-inizjattivi tiegħek

Il-parroċċi, l-entitajiet, l-għaqdiet, il-movimenti u l-gruppi li jiffurmaw parti mill-Knisja f’Malta huma mistiedna jaqsmu stejjer ta’ avvenimenti, attivitajiet u inizjattivi li jħallu impatt fil-komunitajiet tagħhom. Persuni li jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal nies oħra huma mistiedna wkoll jaqsmu wkoll l-esperjenzi tagħhom.

B’din l-istedina, il-Knisja f’Malta qed tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nies, tenfasizza l-avvenimenti importanti u taqsam ir-riżorsi sabiex tikber il-missjoni tal-Knisja u tkun iktar preżenti fis-soċjetà… Kompli aqra »