Yearly Archives: 2024

Nuru apprezzament lejn is-saċerdot – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dun Mosè kien saċerdot li ta ħajtu biex jaqdi lill-poplu. Għalhekk illum aħna bir-raġun rikonoxxenti lejh. Imma Dun Mosè, qabel kollox, wieġeb għas-sejħa tal-Mulej u qiegħed it-talenti tiegħu biex jaqdi lill-Mulej fil-poplu tiegħu. Aħna nafu kif hu għaraf juża d-doni li Alla tah, li kienu ħafna, u jagħġinhom mal-ħajja li Alla sejjaħlu għaliha, u jgħix din il-ħajja b’tant entużjażmu u ħeġġa… Kompli aqra »

Ngħarfuh aktar u nressqu lill-oħrajn għandu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għadek ma għaraftnix?” (Ġw 14:9) Dan hu li jgħid Ġesù llum lil Filippu fl-Aħħar Ċena meta Filippu juri x-xewqa lil Ġesù: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina” (Ġw 14:8). Ġesù kien qed jitkellem fuq kif min jagħraf lilu, jagħraf lill-Missier. Hekk kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu. Imma Filippu għamillu din id-domanda, u Ġesù jgħidlu: “Ili daqshekk magħkom u int, Filippu, għadek ma għaraftnix?”

Dan hu Filippu li tiegħu qed nagħmlu l-festa llum, flimkien ma’ Ġakbu… Kompli aqra »

L-ebda belt m’għandha daqshekk spirtu

Artiklu miktub minn Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli grazzja kbira li nkun Praga. Mort għax-xogħol tat-tmintax-il konsultazzjoni tal-Kappillani Ewropej. It-tema ta’ din il-konferenza kienet tabilħaqq attwalissma: “Tkun Kappillan fl-Isptar: Tibqa’ preżenti u attiv/a f’dinja fraġli”. 

Jekk il-ħajja stess saret sptar, għax il-fraġilità u l-vulnerabilità jinstabu kullimkien, allura kull sitwazzjoni titlob dik il-kompassjoni ta’ Kristu. Wara kollox, jekk ma nurux ħniena ma’ xulxin billi nisimgħu naqra d-dwejjaq ta’ xulxin, għiduli intom x’ħajja nkunu qed ngħixu? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:1-10
Salm: 99 (100):1-2,3,5

L-Evanġelju: Ġw 15:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:1-8
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Ġw 14:6-14

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Mejju 2024

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Il‑Ħadd 5 ta’ Mejju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja tas‑Salib Imqaddes tal‑Kappuċċini fil‑Furjana, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – L-akbar għadu tal-fidi hija l-biża’

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nitkellem fuq il-virtù tal-fidi. Flimkien mal-imħabba u t-tama, din il-virtù hi msejħa “teologali”. Il-virtujiet teologali huma tlieta: fidi, tama u mħabba. Għaliex huma teologali? Għax nistgħu ngħixuhom biss b’don ta’ Alla. It-tliet virtujiet teologali huma d-doni kbar li Alla jagħti lill-ħila morali tagħna. Mingħajrhom nistgħu nkunu għaqlin, ġusti, qawwija u meqjusa, imma ma jkollniex għajnejn li jaraw anki fid-dlam, ma jkollniex qalb li tħobb anki meta ma hix maħbuba, ma jkollniex tama li tissogra kontra kull tama… Kompli aqra »

Żjara lill‑istudenti u l‑ħaddiema Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun

  Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun

Ritratti taż-żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna lill‑istudenti u l‑ħaddiema ta’ Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun, li saret dalgħodu l-Ħamis, 2 ta’ Mejju 2024.

Waqt iż-żjara, l-Arċisqof żar l-istudenti tal-primarja fil-klassijiet tagħhom. L-istudenti tas-sekondarja kellhom l-opportunità jsaqsu diversi mistoqsijiet lill-Arċisqof Scicluna dwar diversi temi, fosthom dwar it-trobbija tiegħu, il-vokazzjonijiet, l-irwoli ta’ tmexxija, it-tfittxija għall-verità, il-familja u ż-żwieġ, il-flus u d-droga, il-quddiesa tal-Ħadd u l-ħidma fis-skiet tal-Knisja… Kompli aqra »