Qabel tintemm din iċ-ċlċebrazzjoni ewkaristika, irrodd ħajr lilkom ilkoll li ġejtu tagħtu ġieħ lill-Qaddisin il-ġodda. Insellem lill-Kardinali, lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lill-persuni konsagrati, partikolarment lill-Patrijiet Minuri u lill-fidili Maroniti, lill-Missjunarji rġiel u nisa tal-Consolata, lill-Piccole Suore tal-Familja Mqaddsa u lill-Oblate tal-iSpirtu s-Santu, kif ukoll lill-gruppi ta’ pellegrini li ġew minn diversi nħawi. Insellem b’rispett lill-President tar-Repubblika Taljana, lid-Delegazzjonijiet uffiċjali u lill-Awtoritajiet ċivili.
Insellem lill-grupp kbir ta’ pellegrini mill-Uganda flimkien mal-Viċi President tal-pajjiż, li ġew hawn sittin sena wara l-kanonizzazzjoni tal-Martri tal-Uganda. It-testimonjanza ta’ San Ġużepp Allamano jfakkarna fl-attenzjoni li jeħtieġu l-popolazzjonijiet l-aktar fraġli u l-aktar vulnerabbli. Niftakar partikolarment fil-poplu Yanomami, fil-foresta amażżonika brażiljana, li fosthom sar propju l-miraklu marbut mal-kanonizzazzjoni tal-lum. Nagħmel appell lill-awtoritajiet politiċi u ċivili biex jaċċertaw ruħhom mill-protezzjoni ta’ dawn il-popli u d-drittijiet fundamentali tagħhom, u kontra kull għamla ta’ sfruttament tad-dinjità tagħhom u tat-territorji tagħhom… Kompli aqra »