Yearly Archives: 2024

“Il-missjoni taż-ŻAK House għadha relevanti ħafna”

Il-post fejn jitwettaq il-ħolm u jiffurmaw ruħhom iż-żgħażagħ

Josef, Deborah u Brandon għandu ħafna memorji fiż-ŻAK House li tinsab f’Birkirkara u bħalhom eluf ta’ żgħażagħ u persuni oħra li għal xi raġuni jew oħra utilizzaw din il-binja tal-Azzjoni Kattolika.

Josef Debono, kien wieħed mill-persuni li ħadmu biex dan il-proġett iseħħ. Hu qal li hi xi ħaġa sabiħa li wara snin ta’ xogħol qiegħda fl-istat li qiegħda fih u dan jagħtihom sodisfazzjon kbir… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23 (24):1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “Ġesù Kristu t-tama tagħna”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ċiklu – Ġublew 2025. Ġesù Kristu t-tama tagħna. I. L-infanzja ta’ Ġesù. 1. Il-
ġenealoġija ta’ Ġesù (Mt 1:1-17). Id-dħul tal-Iben ta’ Alla fl-istorja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nibdew iċ-ċiklu ta’ katekeżijiet għal matul is-Sena Ġubilari kollha. It-tema hi “Ġesù Kristu t-tama tagħna”: fil-fatt, huwa għandu li jrid jasal il-pellegrinaġġ tagħna, u hu stess hu t-triq, il-mixja li rridu nterrqu… Kompli aqra »

Attività tal-Milied taż-Żgħażagħ SDC

Fl-okkażjoni tan-Novena tal-Milied, il-grupp taż-Żgħażagħ SDC iltaqa’ fid-Dar Ġenerali (il-Blata l-Bajda) nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2024. Din kienet okkażjoni fejn dawn iż-żgħażagħ irriflettew fuq kemm it-twelid ta’ Ġesù Bambin iqawwina fit-tama. Natalino Camilleri qasam ħsieb fuq kif kull nisrani għandu jkun missjunarju tat-tama billi jieħu ftit mit-tbatija ta’ ħaddieħor. Permezz tar-riflessjonijiet ta’ San Ġorġ Preca fil-programm tan-Novena, L-Iskola ta’ Betlem, iż-żgħażagħ ħasbu fuq kemm Ġesù Bambin jgħallimna ngħixu l-virtù tal-faqar, li tgħinnhom ma jħallu xejn ifixkillhom milli jħobbu lil Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jniedi l-katekeżi tal-Ġublew: “Ġesù Kristu, it-Tama Tagħna”

Ritratt: Vatican News

Hekk kif qed toqrob is-Sena tal-Ġublew, il-Papa Franġisku inawgura ċiklu ġdid ta’ katekeżi ċċentrat fuq it-tema “Ġesù Kristu, it-tama tagħna”.

Din is-sensiela se tkopri s-Sena Mqaddsa kollha u tiffoka fuq l-esplorazzjoni tal-ħajja ta’ Ġesù, u tibda mit-tfulija Tiegħu kif irrakkontat fl-Evanġelji ta’ Mattew u Luqa.

Ġesù: L-għan u t-triq

Waqt l-introduzzjoni tal-katekeżi waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu, il-Papa ddeskriva lil Ġesù bħala “l-għan tal-pellegrinaġġ tagħna, u Hu nnifsu huwa t-triq, it-triq li għandna nimxu”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13:2-7,24-25a
Salm: 70 (71):3-4a,5-6ab,16-17

L-Evanġelju: Lq 1:5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »

Avviż

Bejn il-21 ta’ Diċembru 2024 u l-5 ta’ Jannar 2025, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha. It-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikun magħluq bejn it-23 ta’ Diċembru 2024 u l-5 ta’ Jannar 2025.

Il-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar 2025. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Diċembru 2024, 9:30am