Yearly Archives: 2024

Omm is-Salvatur – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet li tisma’ fil-Festa tal-Lunzjata – rajtha wkoll miktuba – hija “Viva Omm is-Salvatur”. Naturalment, għandi nifhem li għal ħafna jkun hemm intenzjoni retta f’din l-espressjoni, imma nixtieq li niffoka fuqha fil-Festa tal-Lunzjata ta’ din is-sena u naraw x’tgħallimna.

Marija tmexxina lejn Ġesù

L-ewwel nett, Marija hija tassew Omm Ġesù li hu s-Salvatur tagħna. Fil-festa tal-lum, għandna l-mument meta hi aċċettat li ssir omm… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:32-37
Salm: 92 (93):1ab,1c-2,5

L-Evanġelju: Ġw 3:7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” “Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu.

U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? … Kompli aqra »

Webinar dwar il-Wirt Reliġjuż

The Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE) is delighted to invite you to the online conference “Religious Heritage: an overlooked driver for a more sustainable and inclusive society”, to be held on Thursday, 11 April 2024, from 11:00 to 12:30 (CET).

The event is organised in the context of the New European Bauhaus Festival 2024 and will showcase a series of innovative projects to make religious heritage sites more sustainable and inclusive by fostering adaptation to climate change challenges, becoming more environmentally-friendly and connecting local communities to these sites to secure their future… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: Nistaqsu “jien nemmen li Ġesù rxoxta?”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, it-tieni Ħadd tal-Għid, li San Ġwanni Pawlu II ddedikah lill-Ħniena Divina, l-Evanġelju (cfr Ġw 20,19-31) jgħidilna li bit-twemmin tagħna f’Ġesù, Iben Alla, f’ismu, ikollna l-ħajja ta’ dejjem (v, 31). Xi jfisser “ikollna l-ħajja?

Ilkoll kemm aħna nixtiequ l-ħajja, imma hemm modi differenti kif infassluha. Per eżempju, hemm min l-eżistenza jirriduċieha f’ġirja bla rażan biex igawdi u biex ikollu ħafna affarijiet: jiekol u jixrob tajjeb, jiddeverti, iġemma l-flus u ħwejjeġ oħra, iġarrab emozzjonijiet qawwija u ġodda, u aktar.  … Kompli aqra »

Qalb mimlija ħniena – L-Isqof Galea-Curmi

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi” (Ġw 20:27). Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid lil Tumas meta jidher lit-tnax tmint ijiem wara l-qawmien tiegħu mill-mewt. Kull sena, fit-Tieni Ħadd tal-Għid, nisimgħu din l-istorja ta’ kif l-ewwel darba li Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu flimkien, Tumas ma kienx hemm. Dak inhar l-Evanġelju jgħid li Ġesù wriehom idejh u ġenbu, jiġifieri s-sinjali tal-pjagi tiegħu, il-konferma li hu dak li kien imsallab imma issa qam mill-mewt… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7:10-14; 8:10
Salm: 39:7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10:4-10

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

Kelma li tagħmel id-differenza kollha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak il-lejl ma qabdu xejn” (Ġw 21:4). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann fuq dawn id-dixxipli ta’ Ġesù li marru jistadu. Kien Pietru, li f’dan ir-rakkont hu diġà meqjus bħala l-kap tagħhom, li qal “sejjer nistad” (Ġw 21:3). U s-sitta l-oħra – kienu sebgħa b’kollox – marru biex jistadu. Imma dak il-lejl ma qabdu xejn.

Meta sebaħ, jaraw lil xi ħadd fuq ix-xatt li għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù… Kompli aqra »