Yearly Archives: 2024

L-Avvent fil-Kappella

Bi tħejjija għall-festa tal-Milied, nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru, 2024, ġiet organizzata ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda. It-tema taċ-ċelebrazzjoni kienet ‘Ħienja int li emmint!’. Matul il-laqgħa, wieħed kien mistieden jirrifletti fuq il-fatt li l-Avvent huwiex żmien ta’ stennija passiva. Fuq l-eżempju ta’ Marija, kull wieħed minnha huwa mistieden jemmen, jifraħ u jaqdi waqt li qed jistenna l-miġja ta’ Ġesù Bambin… Kompli aqra »

Il-ferħ li jagħtina l-Mulej – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm qisu ritornell li jinstema’ l-ħin kollu llum fil-qari li smajna. L-Ewwel Qari, mill-Profeta Sofonija, jibda: “Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon…infexx fil-hena u ifraħ b’qalbek kollha” (Sof 3:14). Dan il-ħsieb ta’ ferħ hu kontinwu. San Pawl jgħid fl-Ittra tiegħu lill-Filippin: “Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu” (Fil: 4:4). U s-Salm ukoll jitkellem fuq il-ferħ: “Aqbeż bil-ferħ, għanni” (Isaija 12:6). Kompli aqra »

Kif tista’ tifraħ? …

Il-Papa Franġisku jtemm il-vjaġġ appostoliku f’Korsika

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru l-Papa Franġisku reħielha għas-47 vjaġġ appostoliku tiegħu f’Korsika fejn attenda attivitajiet spiritwali, kulturali u diplomatiċi.

Il-Papa Franġisku talab lill-Verġni Marija biex kollox jimxi ħarir matul il-vjaġġ, bħalma dejjem jagħmel qabel jivvjaġġa.

Is-Sibt waranofsinhar mar fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma biex jitlob quddiem l-ikona ta’ Salus Populi Romani, id-difensur tal-ġens Ruman. Din l-opra artistika ilha sservi bħala sors ta’ devozzjoni għal Papa, li ħafna drabi jafda fil-gwida tal-Verġni Marija bil-missjonijiet tiegħu ‘l barra mill-pajjiż… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 24:2-7,15-17a
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 21:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”

U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

Musbieħ li baqa’ jagħti d-dawl – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm tradizzjoni sabiħa bħal-lum, 13 ta’ Diċembru, fl-Isvezja, fejn issir purċissjoni b’għadd ta’ żgħażagħ, li tissejjaħ il-mixja tad-dawl, u waħda miż-żgħażagħ ikollha diversi xemgħat mixgħula mdawra ma’ rasha. Naqra riskjuża din! Imma tradizzjoni sabiħa, li tintrabat ma’ dak li tfisser il-kelma ‘Luċija’ li tfisser ‘dawl’. Tolqtok kif l-imħabba lejn din il-qaddisa, li għexet fis-seklu tlieta u mietet fil-bidu tar-raba’ seklu f’Sirakuża, Sqallija, waslet sal-Isvezja… Kompli aqra »

Inħejju ruħna għall-Milied billi naqsmu ma’ ħaddieħor – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Innuttaw, li għal tliet darbiet fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, mit-tielet kapitlu ta’ San Luqa, diversi kategoriji ta’ nies, li jiltaqgħu ma’ Ġwanni l-Battista, ma’ Ġwanni l-Ħabbar, jistaqsuh: “X’għandna nagħmlu? (Lq 3:10). Din hija mistoqsija profonda għax aħna niftakru li l-bniedem meta jrid jagħmel ta’ rasu, lil Alla ma jistaqsihx: ‘Imma Mulej, inti x’taħseb?’ Din issir anke meta nkunu qegħdin nitfarfru, trid tagħmel xi ħaġa ta’ rasek, l-aħħar nies li tkellem huma lil ommok u missierek għax dawn inkella se jibdlulek fehmtek… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 15 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Qalb Bla Tebgħa Ta' Marija, Burmarrad

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18a
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:10-18

F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?” U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess.” Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?” U huwa weġibhom: “Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi iżjed milli jmisskom tieħdu.” Staqsewh ukoll xi suldati u qalulu: “U aħna, x’għandna nagħmlu?” U huwa weġibhom: “Tisirqu lil ħadd bit-theddid jew bil-qerq tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li għandkom.”

Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »