Yearly Archives: 2024

Inħejju ruħna għall-Milied billi naqsmu ma’ ħaddieħor – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Innuttaw, li għal tliet darbiet fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, mit-tielet kapitlu ta’ San Luqa, diversi kategoriji ta’ nies, li jiltaqgħu ma’ Ġwanni l-Battista, ma’ Ġwanni l-Ħabbar, jistaqsuh: “X’għandna nagħmlu? (Lq 3:10). Din hija mistoqsija profonda għax aħna niftakru li l-bniedem meta jrid jagħmel ta’ rasu, lil Alla ma jistaqsihx: ‘Imma Mulej, inti x’taħseb?’ Din issir anke meta nkunu qegħdin nitfarfru, trid tagħmel xi ħaġa ta’ rasek, l-aħħar nies li tkellem huma lil ommok u missierek għax dawn inkella se jibdlulek fehmtek… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 15 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Qalb Bla Tebgħa Ta' Marija, Burmarrad

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18a
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:10-18

F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?” U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess.” Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?” U huwa weġibhom: “Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi iżjed milli jmisskom tieħdu.” Staqsewh ukoll xi suldati u qalulu: “U aħna, x’għandna nagħmlu?” U huwa weġibhom: “Tisirqu lil ħadd bit-theddid jew bil-qerq tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li għandkom.”

Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48:1-4,9-11
Salm: 79 (80):2aċ u 3b,15-16,18-19

L-Evanġelju: Mt 17:10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?” Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Imbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

50 sena Repubblika: Żmien ta’ gratitudni u tama

Omelija f'Jum ir-Repubblika 2024

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hekk kif qed niċċelebraw il‑50 anniversarju tar‑Repubblika, għandna nħarsu lura b’sens ta’ gratitudni għall‑progess li sar fi ħdan l‑istituzzjonijiet demokratiċi tal‑gżejjer tagħna.

Għandna niftakru fis‑servizz ta’ siwi kbir li tant politiċi taw lill‑pajjiż, nies li jaħdmu f’fergħat differenti tal‑gvern, il‑ġudikatura, is‑servizz ċivili, l‑armata, il‑pulizija u membri ta’ entitajiet oħra ta’ dixxiplina u infurzar.

Għandna nirrikonoxxu r‑rwol dejjem jikber tas‑soċjetà ċivili u l‑kontribut importanti ta’ għaqdiet mhux governattivi f’diversi oqsma li jvarjaw mis‑servizz soċjali, għad‑drittijiet tal‑bniedem, għall‑ambjent u għall‑ġustizzja… Kompli aqra »

Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-mużika għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-2025

Applika issa: Award in Choral Singing for the Liturgy u Ħarbex

Applications are now open for two courses starting in January and February 2025 for children born between 2014 and 2018, and young adults. The courses are being organised by the Academy of Sacred Music Francesco Azopardi of the Archdiocese of Malta, designed to enhance the skills and knowledge of individuals involved in music ministry within the Church.  

The Award in Choral Singing for the Liturgy course is open to boys and girls aged 7 to 14… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum ir-Repubblika – 13 ta’ Diċembru 2024, 9:00am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 6: Dun Bernard Micallef

Din il-poddata teħodna fil-kor tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, il-post li jqanqal f’Dun Bernard Micallef ħafna nostalġija mit-tfulija u li minn hemmhekk beda t-triq lejn is-saċerdozju. Fr Bernard, it-tielet wild minn sitta, jirrakkonta kif l-esperjenzi sbieħ tiegħu mal-abbatini, fil-MUSEUM u fiż-ŻAK huma l-għeruq li sawruh fil-bniedem li hu llum. Anke jekk minn età żgħira ħass is-sejħa lejn is-saċerdozju, il-ħajja għaddietu minn diversi esperjenzi qabel id-dħul fis-seminarju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 48:17-19
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Mt 11:16-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’

Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu: ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

Qaddisa tal-jum: Santa Luċija, verġni u martri Kompli aqra »