Yearly Archives: 2024

Il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali: Għaliex ninsabu hawn jekk mhux biex inservu lill-umanità?

On World Day of Social Justice, the CIDSE Secretary General reminds us that every decision we take and every new policy that is implemented have an impact on the lives and livelihoods of others, and that the crises we face today are interconnected.

Social Justice means equality and dignity for all. It means a system is put in place not only to protect but to aid choices people make, as well as to create an environment that keeps them safe and helps them flourish… Kompli aqra »

L-iżgħar fost ħutna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan hu l-kliem ta’ Ġesù, li jgħid fl-Evanġelju llum skont San Mattew meta jsemmi l-opri tal-ħniena. Hawnhekk Ġesù qed jgħidilna fuq xiex se nkunu ġġudikati: kemm aħna ħabbejna tassew lill-oħrajn, u għalhekk lil Alla nnifsu, u waqafna ma’ min qed ibati.

Ġesù hawnhekk jagħtina messaġġ importanti ħafna għal ħajjitna… Kompli aqra »

Jitnieda l-proġett ‘Mumenti’ tal-Azzjoni Kattolika f’Malta

Is-Sibt 17 ta’ Frar tnieda l-proġett Mumenti, megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, permezz ta’ nofs ta’ nhar seminar bejn il-persuni li jokkupaw kariga ta’ tmexxija fid-diversi friegħi u gruppi tal-Azzjoni Kattolika Maltija. 

F’dan is-seminar, madwar 40 persuna ta’ etajiet li jvarjaw bejn l-20 u s-70 sena li ġejjin minn sezzjonijiet differenti tal-għaqda, iltaqgħu flimkien fil-Parroċċa tal-Iklin għal mument organizzat biex jgħin lil dawn il-persuni mhux biss ikomplu jsiru jafu lil xulxin, iżda biex ikomplu jesprimu s-sabiħ u l-isfidi li jaffaċċjaw fil-missjoni tagħhom u biex ikunu wkoll ta’ sapport għal xulxin.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Ritratti: Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

  Ħaż-Żabbar

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2024 sar il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies li jsir ta’ kull sena fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar fl-ewwel Ħadd tar-Randan. Wara l-pellegrinaġġ saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja ċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fi tmiem l-omelija, l-Arċisqof talab lill-Madonna tal-Grazzja “tbierek lil pajjiżna u tnissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena, tas-saħħa, tal-għaqda u s-sliem.”

Aktar ritratti Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Ir-Randan hu żmien ta’ silenzju u talb

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, l-ewwel Ħadd tar-Randan, l-Evanġelju jippreżentalna lil Ġesù waqt it-tentazzjonijiet fid-deżert (cfr Mk 1,12-15.  It-test jgħidilna: “U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan”.  Fir-Randan aħna wkoll mistednin “nidħlu fid-deżert”, jiġifieri fis-silenzju, fid-dinja interjuri tagħna, biex nisimgħu lil qalbna, f’kuntatt mal-verità.  L-Evanġelju jżid li Kristu “Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi u kienu jaqduh l-anġli” (v. 13).  Bhejjem selvaġġi u anġli kienu l-kumpanija tiegħu.  Iżda f’sens simboliku huma wkoll kumpanija għalina: meta nidħlu fid-deżert interjuri, infatti, hemmhekk nistgħu niltaqgħu ma’ bhejjem selvaġġi u mal-anġli… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu: ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »