Yearly Archives: 2025

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 4:12-22
Salm: 48 (49):2-3,6-7,8-10,11

L-Evanġelju: Mk 9:38-40

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna”… Kompli aqra »

“Apprezzajt il-ħeġġa tar-reliġjużi u l-lajċi miġbura fix-xita biex jitolbu għall-Papa”

[email protected]

Fr Peter Ellul qal li għalkemm it-temp ma għenx għax kienet qed traxxax ix-xita hu apprezza l-ħeġġa tal-persuni kollha, reliġjużi u anke lajċi li għamlu l-ħin biex ilbieraħ filgħaxija inġabru fi Pjazza San Pietru jitolbu għall-bżonnijiet tal-Papa Franġsiku.

“Mument sabiħ ta’ talb, kardinali, isqfijiet imma wkoll Insara li nġbarna flimkien bħal ma għamlu d-dixxipli meta naqraw fl-Atti tal-Appostli li nġabru biex jitolbu għal San Pietru” stqarr Fr Peter… Kompli aqra »

Seminar tal-AKM: 95 Sena tal-Azzjoni Kattolika f’Malta

Is-Sibt 22 ta’ Frar ġie organizzat nofstanhar seminar bejn il-persuni li jokkupaw kariga ta’ tmexxija fid-diversi friegħi u gruppi tal-Azzjoni Kattolika Maltija. F’dan is-seminar ipparteċipaw kważi 50 persuna b’etajiet li jvarjaw bejn l-20 u ‘l fuq minn 70 sena. Mumenti organizzati bħal dawn jgħinu lil dawn il-persuni mhux biss ikomplu jsiru jafu lil xulxin, iżda biex ikomplu jesprimu l-pożittiv u jiddiskutu l-isfidi li jiffaċċjaw fil-missjoni tagħhom u biex ikunu ukoll ta’ sapport għal xulxin… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ Mediterranju fuq vapur – proġett ġdid tal-Vatikan

The Vatican has presented a new project: “MED25 – Bella Esperanza”. Starting on March 1, a school ship will make an 8-month pilgrimage in which 200 young people between the ages of twenty and thirty will take part. A journey in search of peace that takes on significance in times of confrontation and division in the world.

CARD. JEAN-MARC AVELINE 35
You have been able to listen to and report on this Mediterranean project, which is so important to the Pope’s initiative and for peace, for the well-being of many people… Kompli aqra »

Saħħet il-Papa taqleb ftit għall-aħjar

Ritratt: Rome Report / Facebook

Is-Santa Sede qalet li saħħet il-Papa Franġisku, marret ftit għal aħjar.

Intqal li llum ma kien hemm l-ebda episodju ta’ diffikultà respiratorja simili għall-ażma, u xi testijiet tal-laboratorju wrew titjib. Kompla jintqal li t-terapija bl-ossiġnu kompla, għalkemm bi fluss kemmxejn inqas u anke anqas livelli ta’ ossiġnu.

Filgħodu, il-Papa rċieva l-Ewkaristija, filwaqt li wara nofsinhar, kompla bix-xogħol tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 2:1-13
Salm: 36 (37):3-4,18-19,27-28,39-40

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh.

Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?”… Kompli aqra »

Il-Papa lid-djakni: ‘Kunu appostli tal-maħfra u kunu qaddejja b’qalb tajba

  Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan

L-omelija tal-Papa Franġisku

Il-messaġġ tal-Qari li għadna kemm smajna nistgħu niġbruh f’kelma waħda: gratwità. Terminu li bla dubju ta’ xejn hu għażiż għalikom id-Djakni, hawn miġbura għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew. Mela nirriflettu fuq din id-dimensjoni fundamentali tal-ħajja Nisranija u tal-ministeru tagħkom, b’mod partikulari taħt tliet aspetti: il-maħfra, is-servizz diżinteressat u l-komunjoni.

L-ewwel: il-maħfra. It-tħabbira tal-maħfra hi ħidma essenzjali tad-djaknu. Fil-fatt hi element indispensabbli għal kull mixja ekkleżjali u kundizzjoni għal kull konvivenza umana… Kompli aqra »

Kumitat ġdid għall-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (2025-2028)

Il-kumitat il-ġdid tas-CSA mix-xellug għal-lemin: Stephen Cachia, Johann Tabone, Melanie Ungaro, Roberta Mifsud Bonnici, Daniela Demicoli, Patri Clinton Farrugia MSSP, Elton Vella, Sr Marica Briffa, Patri David Cortis OSA.

Waqt il‑laqgħa ġenerali annwali tal‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA), li tirrappreżenta 55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, intagħżlu l‑membri l‑ġodda tal‑kumitat għas‑snin 2025-2028.

Stephen Cachia ġie magħżul bħala l-Koordinatur tal‑Assoċjazzjoni. Patri Clinton Farrugia MSSP intgħażel bħala Deputat Koordinatur, Patri David Cortis OSA bħala Teżorier, Roberta Mifsud Bonnici bħala Segretarju u Melanie Ungaro bħala Viċi Segretarju… Kompli aqra »