Arkivji mensili: Jannar 2025

Quddiesa tal-Ħadd fl-Epifanija – 5 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60:1-6
Salm: 71 (72):1-2,7-8,10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3:2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2:1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija… Kompli aqra »

Intom tajtu sinjal ta’ mħabba lil xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2024

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!” (Iż 60:1). Din il-festa tal-Epifanija hi wieħed mill-mumenti importanti fil-festi tal-Milied, li jikkonkludu bil-festa tal-magħmudija tal-Mulej. Imma hi festa ta’ dawl. Il-Mulej jiddi bħala dawl mhux biss fil-ħolqien fis-sinjal tal-kewkba; imma jiġi preżentat lilna lkoll il-ġnus, bħala dawl ta’ ħajjitna. Il-profeta Iżaija, meta jitkellem fuq id-dawl, qed jitkellem fuq l-esperjenza tal-imħabba ta’ Alla u tal-ħniena tiegħu.   

“Qum! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

Stedina għall-koppji li żżewġu s-sena li għaddiet u dawk li se jiżżewġu dis-sena

Il‑Moviment ta’ Kana qed jistieden lill‑koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet u l‑koppji li se jiżżewġu fl-2025 għaċ-ċelebrazzjoni tal‑quddiesa.

Il‑quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ is-sena li għaddiet se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna u se ssir għada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar 2025, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑5:45pm.

Il‑quddiesa għall‑għarajjes li se jiżżewġu dis‑sena se ssir mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, nhar is‑Sibt, 11 ta’ Jannar 2025, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑5:45pm… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità b’ġabra ta’ €1,540,278 b’risq id-Dar tal-Providenza

Għall-poplu ta’ Malta u Għawdex l-ewwel jum tas-sena reġa’ kien turija ta’ ġenerożità lejn id-Dar tal-Providenza, espressjoni ta’ solidarjetà li waslet biex tinġabar is-somma ta’ €1,540,278 waqt il-Festa ta’ Ġenerożità.

Din il-maratona hija wkoll il-bidu ta’ sena speċjali għad-Dar għax se tfakkar is-60 anniversarju tat-twaqqif tagħha. Matul dawn is-snin kollha d-Dar tal-Providenza offriet residenza permanenti lil 270 persuna b’diżabilità kif ukoll lil ħafna oħra li kellhom bżonn servizzi ta’ respite… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

L-Isem Imqaddes ta’ Alla
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:29 – 3:6
Salm: 97 (98):1,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Ġw 1:29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.”

U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu… Kompli aqra »

Imħabbra l-knejjes f’Malta marbuta mal-għotja tal-indulġenza plenarja fis-sena tal-ġublew

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar il-lista ta’ knejjes li huma marbuta mal-indulġenza plenarja, matul din is-Sena tal-Ġublew iddedikata lit-tama.

Fi kliem il-Papa Franġisku, l-indulġenza tgħin lin-Nisrani jiskopri l-ħniena bla tarf ta’ Alla, u anke permezz taż-żjarat f’dawn il-postijiet qaddisa, “il-Mulej jeqred id-dnubiet tagħna, ifejqilna qalbna, jerfagħna mill-ġdid u jħaddanna miegħu, jurina l-wiċċ tiegħu ħelu u kollu mogħdrija.” (Spes non confundit, 23)… Kompli aqra »