Arkivji mensili: Jannar 2025

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:22-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1:19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?” Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?” “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna… Kompli aqra »

Il-Papa: Jalla l-2025 tkun sena ta’ paċi vera, li ma teħilx tfettaq fuq id-dettalji tal-kuntratti jew il-kompromessi umani

Messaġġ tal-Papa Franġisku għat-58 Jum Dinji tal-Paċi

Aħfrilna dnubietna, agħtina l-paċi tiegħek

I. Nisimgħu l-għajta tal-umanità mhedda

1. Fiż-żerniq ta’ din is-sena l-ġdida mogħtija lilna b’rigal mill-Missier Ċelesti, żmien ta’ Ġublew iddedikat lit-tama, nagħti l-awguri l-aktar sinċieri tiegħi ta’ paċi lil kull raġel u mara, partikolarment min hu mgħakkes minħabba l-kundizzjoni eżistenzjali tiegħu, ikkundannat minħabba l-iżbalji tiegħu, mgħaffeġ taħt il-ġudizzju tal-oħrajn u min ma jirnexxilux jara ebda prospettiva f’ħajtu. Lilkom ilkoll tama u paċi għax din hi Sena ta’ Grazzja ġejja mill-Qalb tar-Redentur! … Kompli aqra »

Il-ħarsien tal-Mulej hu dak li tassew jindukrana – L-Arċisqof fl-Ewwel tas-Sena

Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nibdew sena ġdida, nisimgħu l-barka sabiħa fuq il-poplu ta’ Alla: “Ibierkek il-Mulej, u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik is-sliem!” (Num 6:24-26).

Dawn huma tliet valuri sbieħ li nixtieq noffri u nawgura lill-poplu għażiż tagħna, minn dan il-post qaddis u għażiż, mid-Dar tal-Providenza, aħna u nibdew sena ġdida, nibdew ukoll il-maratorna ta’ solidarjetà b’risq din in-netwerk ta’ djar, fejn il-persuni ħutna jkunu jistgħu jgħixu kemm jista’ jkun b’awtonomija u jkollhom il-kura meħtieġa… Kompli aqra »

Nisimgħu u nirriflettu: il-parir tal-Arċisqof għall-aħħar tas-sena

Quddiesa ta' ringrazzjament fl-aħħar jum tas-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nisimgħu l-Evanġelju tal-lum skont San Luqa, ninnutaw diversi atteġġjamenti li nixtieq nipproponi fit-tmiem ta’ din is-sena u fil-bidu tas-sena tal-Ġublew, li inawgurajnieh il-Ħadd li għadda 29 ta’ Diċembru, u jkompli sas-6 ta’ Jannar 2026.

Ir-ragħajja semgħu messaġġ u marru jgħaġġlu sabiex jiltaqgħu mal-Mulej. Ma semgħux biss il-messaġġ imma laqgħuh. B’għaġla, bdew proċess u ltaqgħu mal-Mulej, fejn “sabu lil Marija u lil Ġuzeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura” (Lq 2:16)… Kompli aqra »

Djoċesijiet madwar id-dinja jiċċelebraw il-ftuħ tal-Ġublew

Bishops worldwide celebrated the opening of the 2025 Jubilee Year on December 29 with Masses in their cathedrals and co-cathedrals focused on hope, the central theme of the Holy Year which Pope Francis inaugurated on Christmas Eve with the solemn opening of the Holy Door of St Peter’s Basilica.

Holy Land

In the Holy Land Cardinal Pierbattista Pizzaballa presided over the celebratory Mass for his diocese  at the  Basilica of the Annunciation in Nazareth… Kompli aqra »

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena – 1 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6:22-27
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Gal 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 2:16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha… Kompli aqra »