Arkivji mensili: Jannar 2025

60 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat qed jiċċelebra 60 sena mit-twaqqif tiegħu fit-3 ta’ Ottubru 1964.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, l-Arċisqof Charles Scicluna żar l-iskola, fejn iċċelebra quddiesa, wieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti u pparteċipa fi djalogu mal-istaff. B’riflessjoni fuq is-silta tal-konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof enfasizza kif il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù tittrasformana għaliex permezz tad-dawl tiegħu, nagħrfu l-verità dwar ħajjitna. Hu qasam kif Alla jsejħilna b’isimna bħala sinjal ta’ mħabbtu għax jaf lil kull wieħed u waħda minna u jieħu ħsiebna permezz tal-Knisja u ta’ dawk ta’ madwarna… Kompli aqra »

Attività għall-Aspiranti Maltin

L-ewwel attività għall-Aspiranti Maltin (Yr 9-11) saret fl-iskola St Michael nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2025. F’atmosfera ferriħija, dawn l-adolexxenti ħasbu u talbu fuq it-tema: Kemm għandek żmien? Alla jislifna ż-żmien biex jirnexxielna niltaqgħu miegħu u nsiru nħobbuh aktar. Wara l-parti formali, kien hemm ħin għall-ikel u logħob flimkien. Nirringrazzjaw lil Alla!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

Is-seminarist André Psaila jingħata l-Ministeru tal-Lettorat

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil André Psaila
Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Is-seminarist André Psaila mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid, irċieva l-Ministeru tal-Lettorat mill-Arċisqof Charles Scicluna, waqt quddiesa li saret il-Ħadd, 26 ta’ Jannar 2025, fil-jum iddedikat lil Kelma ta’ Alla u fil‑festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl fil‑Katidral tal-Imdina.

Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminarist André Psaila jsir qarrej uffiċjali tal-Kelma ta’ Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra… Kompli aqra »

Seminar għall-Pre-Kandidati

Mill-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar, sal-Ħadd, 26 ta’ Jannar, 2025, ħdax-il pre-kandidat attendew għal seminar f’Dar Betsajda. Is-seminar, bit-titlu LinkedIn, kien jinkludi diversi attivitajiet maħsuba biex jgħinu lill-parteċipanti japprofondixxu l-għarfien tagħhom infushom, isiru jafu aktar lil xulxin, u jikkollaboraw flimkien bħala grupp.

Il-programm kien fih ukoll mumenti ta’ talb u rikreazzjoni, li trawwem sens qawwi ta’ komunità fi ħdan dan il-grupp, li dan l-aħħar beda jinġabar darbtejn fix-xahar għall-programm ta’ formazzjoni tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-Ġublew huwa opportunità biex inġeddu l-laqgħa tagħna ma’ Kristu

  Saint Peter's Square, Vatican City

Dear brothers and sisters, happy Sunday!

This Sunday, the Evangelist Luke presents Jesus to us in the synagogue in Nazareth, the town where He grew up. He reads the passage from the prophet Isaiah announcing the Messiah’s evangelizing and liberating mission. He then says, in the general silence: ‘Today this Scripture has been fulfilled’ (cf. Lk 4:21).

Let us Imagine the surprise and dismay of Jesus’ fellow citizens, who knew Him as the carpenter Joseph’s son and would never have imagined that He could present himself as the Messiah… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9:15,24-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Mark 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

Il-Papa lill-komunikaturi Kattoliċi: ‘Wasslu stejjer li jnisslu tama’

As Catholic communicators from across the world convened to Rome for the Jubilee of the World of Communication this weekend, Pope Fracis urged them to approach their work with courage, integrity, and a steadfast focus on hope, liberating “the inner strength of the heart.“  “Let your storytelling be hope-telling”, the Pope said in prepared remarks he addressed on Saturday to the communicators  gathered in the Paul VI Hall… Kompli aqra »

Niċċelebraw l-għerq tal-fidi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Konverżjoni ta’ San Pawl u l-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż André, inti u tkompli l-mixja tiegħek ta’ formazzjoni bħala seminaristi, illum, il-Knisja tilqgħek bħala ministru tal-Kelma ta’ Alla. Il-fatt li inti msejjaħ biex taqra l-Kelma ta’ Alla fil-komunità huwa wkoll responsabbiltà. Minn hawn u ftit ieħor se nitlob fuqek it-talba tal-barka, u nitlob fuqek ukoll it-talba li inti twassal il-Kelma ta’ Alla bil-fedeltà kollha, biex dejjem tikber fi qlubhom u tagħti frott bil-kotra… Kompli aqra »

Quddiesa fil-Konverżjoni ta’ San Pawl – 26 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Katidral Metropolitan tal-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »