Arkivji mensili: Jannar 2025

Inbid ġdid f’damiġġani ġodda – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inbid ġdid jitqiegħed f’damiġġani ġodda!” (Mk 2:22) Dan hu l-kliem ta’ Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mark. Hu kien qed ikellem lid-dixxipli ta’ Ġwanni u lill-Fariżej. Kienu qegħdin jistaqsuh, u hu jgħid din il-metafora: li int ma tqiegħedx inbid ġdid f’damiġġani qodma, għax inkella l-inbid jifqa’ d-damiġġani u jintilef kemm l-inbid kif ukoll id-damiġġani. Imma nbid ġdid jitqiegħed f’damiġġani ġodda. Xi tfisser din il-metafora, li tgħaqqad ukoll ma’ dak li jgħid qabel Ġesù: “Ħadd ma jraqqa’ mantar qadim b’biċċa drapp ġdida” (Mk 2:21)? … Kompli aqra »

Jiswa ta’ ġid li nagħmlu dak li jgħidilna hu – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Parroċċa ta' Fleur-de-Lys, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb li l-iktar tieġ li baqa’ msemmi fl-Istorja kien it-Tieġ ta’ Kana. Ma kienx minħabba l-miżżewġin – fil-fatt, lanqas nafu x’kien jisimhom – u lanqas minħabba li kien xi tieġ kbir jew ta’ xi ħadd meqjus importanti ħafna dak iż-żmien. Imma kien minħabba dak li ġara fit-tieġ, kif smajna llum fl-Evanġelju skont San Ġwann.

Omm li tidħol għalina

Nixtieq li nirriflettu speċjalment fuq il-kliem: “Omm Ġesù kienet hemm… Kompli aqra »

Il-Ġublew mal-Aħwa Nsara fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2025

Is-Servizz Ekumeniku Djoċesan tal-2024

Bħalissa l‑Insara kollha madwar id‑dinja qed jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2025. F’Malta, jum qabel se jsir il-Ġublew mal-Aħwa Nsara fil-ġurnata li normalment isir is-Servizz Ekumeniku Djoċesan. Dan se jitmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna, waqt li l-omelija ssir mill-Eżarka Kyrillos ta’ Melite, li hu l-Eżarka lokali f’rabta diretta mal-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli… Kompli aqra »

Rinovat ċentru taż-ŻAK fiż-Żurrieq

Matul is-snin, il-proprjetà tal-Azzjoni Kattolika fiż-Żurrieq ġarrbet xi ħsarat u kellha bżonn manutenzjoni u rinovazzjoni estensiva sabiex terġa’ ssir sigura u akkoljenti għall-ħidma li qed issir maż-żgħażagħ. Għaldaqstant, l-Azzjoni Kattolika Maltija applikat b’suċċess għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġett ta’ €30,000: Reviving a safe space for youth formation and development in Żurrieq through infrastructural investment. Dan il-proġett ġie kofinanzjat taħt Miżura 2: Strengthening a Healthy Cultural Identity tal-programm Leader, amministrat mill-Gal Xlokk Foundation… Kompli aqra »

9 tfajliet jipprofessaw bħala Sorijiet ta’ Ulied il-Qalb ta’ Ġesù

"L-uċuħ ferħana tas-sorijiet ġibduni lejn din il-ħajja qaddisa"

Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù

Fil-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun nhar is-Sibt filgħaxija disa’ tfajliet mill-Indja, Kenja, Tanzania u l-Uganda professaw mal-Ordni tas-Sorijiet t’Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, li wara li għamlu perjodu ta’ studju u servizz f’Malta.

Il-kongegrazzjoni bdiet fl-1903 minn Tereża Nuzzo u fl-1948 Sr Pauline Farrugia kienet l-ewwel soru li marret il-Kenja, u f’dak il-punt bdew bil-vokazzjonijiet internazzjonali għax għall-bidu l-kongegrazzjoni kienet biss f’Malta għaldaqstant issa qed tara l-frott tal-evanġelizzazzjoni tagħha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6:10-20
Salm: 110 (111):1-2,4-5,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2:23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »

“Ħafna adulti barranin qed ifittxu li jitgħammdu” – Il-Kappillan ta’ Wied il-Għajn

Madwar 1,000 ruħ attendew għall-festa ta’ Santo Niño

Il-Kappillan ta’ Wied il-Għajn Fr Luke Cutajar stqarr li fil-parroċċa tagħhom qed ikun hemm ħafna adulti barranin li qed ifittxu li jiskopru aktar dwar il-fidi tagħhom u jitgħammdu fosthom Ċiniżi, Filippini u Pakistani. Oħrajn jirċievu s-sagrament tal-Griżma f’età kbira.

Hu qal dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm What’s On Newsbook li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-bullettin tal-12pm fuq RTK103.

Din kienet is-seba’ darba li ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santo Niño f’Wied il-Għajn… Kompli aqra »

Seminar għas-Superjuri tal-MUSEUM

Id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex organizzat seminar ta’ tmiem il-ġimgħa għas-superjuri u l-membri tal-amministrazzjoni fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Il-seminar beda l-Ġimgħa 17 u ntemm il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2025.

Fost l-oħrjan, is-seminar inkluda sessjoni mmexija mis-Sa Maria McNamara bit-tema Prinċipji tat-Tmexxija, u sessjoni oħra mis-Superjur Ġenerali dwar il-mexxej li jaqdi. Kien hemm ukoll attivitajiet li permezz tagħhom kompliet tissaħħaħ il-ħbiberija ta’ bejn is-superjuri… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Fejn hemm in-nuqqas, il-Mulej jagħti b’abbundanza

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, happy Sunday!

The Gospel of today’s liturgy (Jn 2:1-11) tells us about Jesus’ first sign, when He turns water into wine during a wedding feast in Cana, in Galilee. It is an account that foreshadows and encapsulates the whole of Jesus’ mission: on the day of the coming of the Messiah – so said the prophets – the Lord will prepare “a feast of … choice wines” (Is 25:6) and “the mountains shall drip with the juice of grapes” (Am 9:13); Jesus is the Bridegroom who brings the “good wine”… Kompli aqra »