Arkivji mensili: Jannar 2025

Hospice Malta tiftaħ St Michael Hospice, kumpless ta’ kura palljattiva li jiċċelebra l-ħajja u d-dinjità

St Michael Hospice f’Santa Venera ġie inawgurat illum u permezz tiegħu Hospice Malta se tkun tista’ testendi s‑servizzi palljattivi tagħha għal aktar minn 1,500 pazjent fis‑sena, waqt li tkompli żżomm mal‑valuri fundamentali tagħha tal‑ħajja u d‑dinjità.

Dan huwa pass importanti ħafna għal Hospice Malta, li fetħet il‑bibien tagħha għall‑ewwel darba fl‑1989, u se ttejjeb il‑kura palljattiva f’Malta permezz tas‑servizzi komunitarji estiżi tagħha, faċilitajiet imtejba għal terapija ta’ matul il‑jum u servizzi inpatient, kif ukoll faċilitajiet edukattivi… Kompli aqra »

“Niċċelebraw il-ħajja, mhux il-qtil” – L-Arċisqof fil-ftuħ ta’ St Michael Hospice

Quddiesa fl-inawgurazzjoni ta' St Michael Hospice

  St Michael Hospice, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ewwel Qari tal-Profeta Iżaija, tagħtina t-tema ġenerali tal-Qari tal-lum, it-Tieni Ħadd ta’ żmien ta’ Matul is-Sena. Huwa messaġġ sabiħ f’din l-okkażjoni li qegħdin niċċelebraw illum. Il-Mulej jinsisti li r-relazzjoni tiegħu magħna hija relazzjoni ta’ mħabba. “Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek” (Iż 62:5). Alla jsemmi u jippreżenta lilu nnifsu bħala l-għarus li jħobb, il-Bennej li jitgħarras mal-binja tiegħu, li hi aħna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd u l-inawgurazzjoni ta’ St Michael Hospice – 19 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella ta’ St Michael Hospice, Santa Venera

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 62:1-5
Salm: 95:1-2a,2b-3,7-8a,9-10aċ
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:4-11

L-Evanġelju: Ġw 2:1-11

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? … Kompli aqra »

Fidi, tama u mħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Merfugħ minn erbgħa min-nies” (Mk 2:3e). Hekk jiddeskrivi San Mark fl-Evanġelju tiegħu lil dan il-mifluġ li ħadu quddiem Ġesù, u jenfasizza li dawn kienu n-nies li ħadu lil dan il-mifluġ għand Ġesù. Nafu li ma setgħux idaħħluh minħabba l-folla, u għalhekk fetħu toqba fis-saqaf u daħħluh minn hemm quddiem Ġesù.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn dawn l-erbgħa min-nies. X’jolqotna fihom? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Daily Gospel, Ordinary Time, MT Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4:12-16
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mk 2:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

Missjoni ġdida tas-Soċjetà fil-Filippini

Tliet membri Maltin u membru Awstraljan, telqu lejn il-Filippini biex jibdew l-ewwel komunità Museumina fl-Arċidjoċesi ta’ Lipa, fil-provinċja ta’ Batangas. Dan se jkun l-ewwel qasam tal-MUSEUM li se jibda fil-kontinent Asjatiku.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tas-salib missjunarju lil Daniel Attard saret f’Melbourne fis-7 ta’ Jannar 2025, filwaqt li l-membri Maltin, is-Superjur Oliver Aquilina, Lawrence Fenech, u Gabriel Pace, irċevew is-salib missjunarju nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Jannar 2025 mis-Superjur Ġenerali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

Daily Gospel, Ordinary Time, MT Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4:1-5,11
Salm: 77 (78):3 u 4bċ,6ċ-7,8

L-Evanġelju: Mk 2:1-12

Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »