Arkivji mensili: Jannar 2025

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 3:7-14
Salm: 94 (95):6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Mark 1:40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”… Kompli aqra »

Ġesù jurina kif ngħixu l-ministeru tagħna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa li saret parti mil-live-in Kappillani

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk t'Assisi, il-Qawra

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm tliet punti li naraw fir-rakkont ta’ jumejn mill-ħajja ta’ Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark illum.

Servizz bi mħabba kbira

L-ewwel nett, is-servizz tiegħu magħmul b’tant imħabba. Meta fejjaq lil omm il-mara ta’ Xmun, ma għandniex biss ir-rakkont tal-fejqan tagħha, imma wkoll il-mod kif Ġesù għamel dan il-fejqan: “Resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha. U d-deni ħallieha” (Mk 1:29)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Irridu nipproteġu lill-iżgħar fostna u qatt ma nittolleraw l-abbuż

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-udjenza ta’ qabel tkellimna fuq it-tfal, u anki llum qed nitkellmu fuq it-tfal. Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar kif, fil-ħidma tiegħu, Ġesù iktar minn darba tkellem fuq l-importanza li nipproteġu, nilqgħu u nħobbu lill-aktar ċkejknin.

U safrattant, sal-lum fid-dinja, mijiet ta’ miljuni ta’ minuri, imqar jekk ma għandhomx l-età minima biex joqogħdu għall-obbligi tal-età adulta, jiġu mġiegħla jaħdmu u ħafna minnhom huma esposti għal xogħlijiet partikularment perikolużi… Kompli aqra »

Ippubblikata l-awtobijografija tal-Papa Franġisku: ‘Tama’

L-awtobijografija tal-Papa Franġisku għadha kif ġiet ippubblikata u se tkun disponibbli biex tinxtara minn 80 pajjiż differenti.

Il-kitba tal-awtobijografija saret mill-Papa stess li kien assist mill-kittieb Taljan Carlo Musso u ġew inklużi memorji li kellu l-Papa, kif ukoll bosta aneddoti, ritratti u diskorsi oħra.

Random House, id-ditta li qed tippubblika l-awtobijografija fir-Renju Unit, qalet li l-ktieb kien se jiġi ppubblikat wara l-mewt tal-Papa iżda minħabba li din is-sena nzertat is-Sena tal-Ġublew tat-Tama, ittieħdet deċiżjoni li jiġi ppubblikat din is-sena minflok… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2:14-18
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 1:29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

Tagħlim b’awtorità u ħelsien – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa waqt il-live-in Kappillani

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ karatteristiċi li n-nies raw f’Ġesù fil-ġrajja li smajna fl-Evanġelju llum, u li jagħtuna messaġġ sabiħ għall-ħajja u l-ħidma tagħna.

L-ewwel nett, il-kelma tiegħu, it-tagħlim tiegħu. Kien tagħlim b’awtorità. In-nies kienu jisimgħu lil ħafna mexxejja reliġjużi ta’ dak iż-żmien, imma f’Ġesù raw xi ħadd speċjali, differenti sew milli kienu jafu. Mingħand Ġesù semgħu kelma li verament setgħet tmexxihom fil-ħajja tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vatikan jipproponi 4 films għall-Ġublew tat-Tama

Hekk kif f’lejlet il-Milied, il-Papa Franġisku nieda l-Ġublew tat-Tama, il-Vatikan qed jipproponi erba’ films sabiex wieħed jarahom matul is-sena.

Id-Dekasteru tal-Evanġelizzazzjoni fil-Kurja Rumana mmexxi direttament mill-Papa Franġisku bħala Prefett tal-imsemmi dekasteru, jieħu ħsieb jippromwovi x-xandir tal-Evanġelju kif ukoll jagħraf iwieġeb il-mistoqsijiet fundamentali tal-evanġelizzazzjoni fid-dinja.

L-espert tal-Knisja fil-qasam ċinematografiku Mons. Dario Viganò għażel erba’ films li jistgħu jakkumpanjaw lill-pellegrini tat-tama matul is-sena tal-Ġublew… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Jannar 2025, 9:30am